Satire

Minn disfatta jgibha fatta

Kif €89 miljuni (Lm37m) fis-sena saru €1,128 miljuni. Il-Maltafly tizvela x'gara wara l-kwinti...


Click to enlarge

Xtaq €855 miljun ghal seba' snin. Kien anke joqghod b'€680m. Minflok tawh627m - jew89m (Lm37m) fis-sena - u gie qalilna li akkwista €1,128 miljuni! Hafna belghuha li Gonzi gab id-doppju ta' dak li talab, meta fil-fatt gab €53m inqas. Aqraw dwar il-grajja tal-elf  u mija u tmienja u ghoxrin miljuni li qatt ma kienu...

Fondi Ewropej minn butna


Click on image to enlarge


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 

- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA

"Din tal-fondi Ewropej ghal-pipeline tal-gass qed thassibni bil-kbir," sahaq il-Gonz, li issa kien qed ikollu dubji serji dwar l-ghanijiet ta' Sajmint Buzuttin.  "Int tahti li tfajniha fil-programm minghajr hsieb ta' xejn!"

"Tibza' xejnMela ma rajtx kif Gowzef kompla maghna!" tennilu Sajmint, frisk, frisk, qisu xejn m'hu xejn.  "Kull ma nghid jien fuq l-Ewropa jsir benfatt."

Il-Gonz ikkalma. Kien jiggustah wisq meta jharislu qisu l-vavu bewwiel ta' Brussell... mgharuf ghall-buzullotti sottomaneski sopraskullati... mistura u mohbija, izda mikxufa u mgharufa... Benfatt!

"Minn daqshekk Gowzef kompla maghna, veru. €700 miljuni qal se jiswina - €500 miljuni mill-EU u xi €200 miljuni mill-Gvern Malti biex inkunu hrigna l-kwart..."

Lady Deafley, she escape to Mali


CLICK on image to enlarge


• MALTAFLY NEWS | Briju kbir mistenni fl-10 ta' Marzu mal-waqa' tal-oligarkija u l-bidu tal-istreet party fil-Bidnija.

Il-qofol tas-serata jasal mat-tokki ta' nofs il-lejl bil-ftuh tal-ewwel triq taht gvern LaburistaTriq is-Sahhara.

Isem it-triq jaghti gieh lill-kontribuzzjoni siewja li tat lil PL il-bloggista fenomenali, menopawzali, monotelletwali Lady Deafley Caravana Garlicia, editur ta' Runny Nosebook, fejn il-kwantità tgheleb il-kwalità.

Il-Mewta Tragika ta' Dr Stencil

Two news reports from a parallel earth, dated 13.12.2176, from Il-Gazzetta ta’ Kulhadd


Click here for Reports 1 & 2 in the Multiverse Timelines series

MMTR Reception 3
Timeline: MS0625s: 13 December 2176
Locality: The Maltese Islands, Sicily-Malta Region,
              European Union of Servile Serf Regions (EUSSR)

Jasal Benedetto ghall-funeral ta' Dr Stencil

Jirrapporta Nightsky Borg-Spiteri-Xo

L-ahbar tal-mewt tragika tal-Prim Sindku EmerituDr Stencil Borg-Fenech-Olivawasslet biex jasal fostna tard il-bierah il-KoPresident  tar-Regjun Sqalli-Malti, Dottor Benedetto - li kif nafu kunjomu ma jistax jixxandar.

Huwa gie milqugh mill-KoPresident Malti, Dr Borg Shriha-Malizia, li fetah il-Kunsill Provincjali Malti ghall-okkazjoni. Attendew ukoll il-Prim Sindku Borg-Cassidy u l-Prim Alternattiv Borg-Abdulhadrani, flimkien ma' Membri tal-Kunsill Provincjali, tal-Gustizzja Inkwizitorja, l-Burokrazija Faktumattiva u l-Univerista Dogmatika Provincjali ta' Malta.

Komplotti wara x-Xarabank


L-Ufficcju tal-Prim Qaddej Malti

La Kastigja della Valletta

Kien cert issa l-Gonz li cans jirkupra ma kellux.  Kien jaf li fid-dibattitu mal-Ginger ha xkanatura li halliet id-dehra ta' wiccu imzellga mal-art tax-Xarabank bhal skidmarks ta' tajer qadim.

"L-Awtorita tax-Xandir tahti," lissen minn taht l-ilsien, waqt li qalleb fil-Yellow Pages.

"Ma nafx, Lor," tennilu Sajmint Buzuttin, li kien issa hadha drawwa jghaddi sal-Ufficcju tal-Prim Qaddej ghal kafe.
 
"Peppi gie mrazzan, Sajm. L-Awtorita ma hallitux ifixklu. Qas biss halliet lill-marmalja ttaffili l-izbalji bic-capcip."

It-Tunnu jizloq fil-Gass


CLICK ON IMAGE TO ENLARGE (doesn't work with IE)


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 

- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA

 It-Tunnu Fenek hassu mifxul, miksur, mibluh u mishut.

Mhux talli Konrad the Man witta triq ferm iktar imdawla, nadifa u orhos minn tieghu, izda ghamel gimgha jimsah l-art bih sa ma kixiflu sormu u capcaplu daqtejn ta' sieq biex irmieh f'qieh fossa li minnha mhu se johrog qatt.

"Hekk hu, irgiel, se jkolli nammetti li t-Tunnu fjaska, meta jien l-ewwel wiehed kont nahlef bih," qallhom il-Gonz, waqt li haffer f'widintu b-difru z-zghir. Qed jinqasamli, ja hasra... se jkolli naqtghu...

Is-Sigriet wara r-Rubini


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 
- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA


• Sajmint Buzuttin kien jaf li GonziPN kien jimxi fuq ir-rubini. Izda llum kienet gurnata specjali. Il-Gonz kien se jurieh is-sigriet wara r-rubini tal-Kbir Eddie.

Wasal il-Kwartieri tal-Pieta b'wiccu pjetuz. Kien pjuttost tard. Sab lill-Gonz jistennieh, wiccu bajdani, ghajnejh sofor lellux - il-kampanja kienet gherrietu qabel bdiet.

Lil Sajmint dan ma kkonfondieh xejn. Iktar ma jitgherra, iktar insir kapo malajr, haseb, waqt li hares lejn il-proxmu fjakk sedut kwiet, kwiet fir-rokna tal-ufficju.  Issa dan xiz-zokk qed jaghmel hawn?

"Sejjaht ukoll lil Pawlu Bulculuvier," tarraflu l-Gonz malli lemah wicc Sajmint jitfantas. "Jehtieg li naqsam wirt il-Kbir Eddie maghkom it-tnejn."

Pages

Subscribe to RSS - Satire