All Articles

Komplotti wara x-Xarabank


L-Ufficcju tal-Prim Qaddej Malti

La Kastigja della Valletta

Kien cert issa l-Gonz li cans jirkupra ma kellux.  Kien jaf li fid-dibattitu mal-Ginger ha xkanatura li halliet id-dehra ta' wiccu imzellga mal-art tax-Xarabank bhal skidmarks ta' tajer qadim.

"L-Awtorita tax-Xandir tahti," lissen minn taht l-ilsien, waqt li qalleb fil-Yellow Pages.

"Ma nafx, Lor," tennilu Sajmint Buzuttin, li kien issa hadha drawwa jghaddi sal-Ufficcju tal-Prim Qaddej ghal kafe.
 
"Peppi gie mrazzan, Sajm. L-Awtorita ma hallitux ifixklu. Qas biss halliet lill-marmalja ttaffili l-izbalji bic-capcip."

It-Tunnu jizloq fil-Gass


CLICK ON IMAGE TO ENLARGE (doesn't work with IE)


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 

- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA

 It-Tunnu Fenek hassu mifxul, miksur, mibluh u mishut.

Mhux talli Konrad the Man witta triq ferm iktar imdawla, nadifa u orhos minn tieghu, izda ghamel gimgha jimsah l-art bih sa ma kixiflu sormu u capcaplu daqtejn ta' sieq biex irmieh f'qieh fossa li minnha mhu se johrog qatt.

"Hekk hu, irgiel, se jkolli nammetti li t-Tunnu fjaska, meta jien l-ewwel wiehed kont nahlef bih," qallhom il-Gonz, waqt li haffer f'widintu b-difru z-zghir. Qed jinqasamli, ja hasra... se jkolli naqtghu...

Is-Sigriet wara r-Rubini


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 
- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA


• Sajmint Buzuttin kien jaf li GonziPN kien jimxi fuq ir-rubini. Izda llum kienet gurnata specjali. Il-Gonz kien se jurieh is-sigriet wara r-rubini tal-Kbir Eddie.

Wasal il-Kwartieri tal-Pieta b'wiccu pjetuz. Kien pjuttost tard. Sab lill-Gonz jistennieh, wiccu bajdani, ghajnejh sofor lellux - il-kampanja kienet gherrietu qabel bdiet.

Lil Sajmint dan ma kkonfondieh xejn. Iktar ma jitgherra, iktar insir kapo malajr, haseb, waqt li hares lejn il-proxmu fjakk sedut kwiet, kwiet fir-rokna tal-ufficju.  Issa dan xiz-zokk qed jaghmel hawn?

"Sejjaht ukoll lil Pawlu Bulculuvier," tarraflu l-Gonz malli lemah wicc Sajmint jitfantas. "Jehtieg li naqsam wirt il-Kbir Eddie maghkom it-tnejn."

Il-Lejl tal-Flixkun Oskur


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 
- LOKALITA: CENTRU NAZZJONALI, MY LAND


• Il-Ginger ha postu mal-mejda bla kliem. Is-skiet kien iktar wiehed ta' biza' milli stima.

"Wasal iz-zmien tal-bidla, l-ahwa," qabad u qalilhom, minghajr ebda introduzzjoni, hekk kif hall il-cufflinks u llaxka t-tongs minn xaqq warranitu. Dik l-imbierka imhatra li fettillu jaghmel ma' Mixell!

"Mal-era tal-Gonz spiccat l-era t'Eddy, l-era tal-money-no-problem, l-era tad-dejn hieles..." Waqaf ghal mument biex id-dixxipli tieghu jixtarru l-kobor tal-mument.

Hadd m`hu ghar-rimi!


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA

- LOKALITA: CENTRU NAZZJONALI, MY LAND

Il-Ginger hassu kuntent wisq bieh innifsu.

Mintoff zgur kien ikun kburi bija, haseb, hekk kif dawwar l-istering biex jiskapula qattus iswed li qasamlu t-triq.

Li toqtol tliet ghasafar b'gebla wahda, tajjeb, imma qattus iswed b'Alfa grizoskura, le. Issa li kien riesaq lejn l-ghan ahhari tieghu zgur ma riedx xi qattus iswed jgharraqlu l-pjanijiet fid-dalma tal-lejl.

Tefa' s-CD Anima di Iago d'Otello li kien irregalalu Anglu f'wahda mill-iskappaturi li kienu jaghmlu fi Sqallija, u saq gazdawn lejn il-My Land.

Il-Muscatieri ta` Malta: Il-Bidu


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA
- LOKALITA: CENTRU NAZZJONALI, MY LAND

Il-Ginger* kien jaf li l-honeymoon kien wasal fi tmiemu.

Issa beda l-ahhar festin ghalija, lissen bejnu w bejn ruhu. Kif tghaddi din il-kampanja elettorali jien se nilhaq Prim Ministru...

Harsitu waqghet fissa lejn il-hajt. Beda jhoss li kellu jishet is-siegha u l-mument. Ma kien mument tajjeb xejn li tilhaq prim ministru waqt l-ahhar jiem tal-bnazzi qabel il-burraxka l-kbira.

Buzuttin: Id-domandi ta` Peppi salbuni


FLY NEWS | Wara d-Dibattitu: Intervista Esklussiva ma' Sajmint Buzuttin, Vici Kapo Penne Cordon Bleu, Apparatchik, EUSSR

FUQ FOMM kulhadd illum kien id-dibattitu storiku fuq ix-Xarabank bejn iz-zewg Vici Kapjiet u ghallhekk FLY NEWS qed jaghmel kollegament qasir ma' Vici Kap minnhom.

FLY: Vici Kap Sajmint, ghadek kif wasalt mid-dibattitu mal-Vici Kap Anglu. Kif qed ihossok?

Sajmint: Ezawrit, Fly. Imnalla kien ripetizzjoni tar-replay. Imma d-domandi ta' Peppi salbuni...

Pages

Subscribe to RSS - All Articles