Twelidt f'Familja Striklandjana...

Elezzjoni 2013: Rendikont awto-biografiku politiku

F'dawn il-jiem ta' riflessjoni, bl-arresti tal-bloggers stinati li ma jirriflettux, Pietru Krapatkun* jikteb dwar l-aspett Striklandjan tal-gheruq socio-politici li sawruh, bl-isperanza li ma jgix arrestat ukoll.

 Gejt imwelled f'familja StriklandjanaIzda missieri b'Mintoff spicca nfatwat... ghal xi snin.

Sir Gerald Strickland kien ilu mejjet minn zmien il-gwerra. Hadd ma riedha 'l bintu Mabel, li ma fhemet kwazi xejn bil-Malti u hadd ma ried jifhimha.

Kaduta kienet, qabel bdiet. U b'tifkira tal-familja Strickland, halliet warajha carruta mdensa tal-platti li, jinghad, fi zmienha kienet tapizzerija tal-bellus.

Gonzi Jinganna u Ma Jgiddbu Hadd

Fondi UE: Gonzi Jinganna u Ma Jgiddbu Hadd from Maltafly on Vimeo.

Il-Video originali tal-PN: Prime Minister Lawrence Gonzi achieves EUR 1,128m for Malta

• Allajaf kemm ezatt se nispiccaw inzersqu mill-fondi tal-2007-2013. Nafu zgur li qed nimpalaw lejn il-budget Ewropew mas-€70 miljuni fis-sena mit-taxxi, t-tariffi u l-VAT.

Nafu wkoll li kull centezmu li jasal lura Malta jrid qabel xejn jigi mittallab sollenniment, sabiex imbaghad jigi mbierek mill-qdusija taghhom fil-Kummissjoni, biex wara nimpalaw kwart iehor tal-flus halli nkunu nistghu nitmejjlu bin-nies u nghidulhom Progett iehor mill-Fondi Ewropej... ...

Eku ta' Zmien Iehor

Eku ta' Zmien Iehor (Malta 1933, 1959 to the sound of Brikkuni) from Maltafly on Vimeo.

 Teqred l-imghodditeqred kull raguni u tama li tiskopri x'minnek irid il-gejjieni. Bhal beccun misluf u minsi, serf ta' hsibijietu, spirtu bezghan bla ma jaf li ghandu jkun jaf min hu.

Fi spirtu ta' globu misruq mill-eqdem kuluri, fejn jahkem il-griz, bl-imghoddi minsi, mistmerr, mghawweg... mitluf qabel sar mgharuf u mifhum. ... ...

La flus tal-karti u lanqas tad-deheb

FLY NEWS | INTERVISTA ESKLUSSIVA MAL-QADDEJ MINISTERILI MALTI TAL-FINANZI EWROPEJ

FLY: Grazzi talli gejt fostna, Tunnu...

Tunnu Fenek: Tonjo... jisimni Tonjo Fenek.

FLY: Sewwa, Tonno, xtaqna l-ewwel nett nistaqsuk x'toqghod taghmel waqt il-laqghat taz-zona ewro.

Tunnu: Jien qabel xejn, Fly, xtaqt insostni li ma qlajt l-ebda rigali ta' flus mit-tixhim fix-xiri taz-zejt li tela' f'wicc l-ilma...

Mintoff u Eddie f'Joseph Wiehed

 Kif qed tarawqlibna ghal struttura ohra - wahda li iktar tixbah lill-Maltafly tal-2002... inqas moderna, veru, izda inqas soffokanti u aktar kreattiva.

Ghandna hafna x'nibnu u x'nesperimentaw - diversi tipi ta' satira, animazzjoni, intervisti, u anki rivista digitali...

Dan hu zmien tal-esperimentazzjoni. Zmien ta' bnazzi relattiv waqt krizi finanzjarja prolongata. U hekk kif toqrob lejna t-tempesta taz-zona ewro, din ahna ga ilna nhossuha minghajr ma l-hafna jobsru.

Qatt daqs waqt din il-hemda helwa ma kien daqshekk illupjat il-Malti, imbexxex issa bl-aktar kampanja elettorali falza li qat rat Malta.

Minn disfatta jgibha fatta

Kif €89 miljuni (Lm37m) fis-sena saru €1,128 miljuni. Il-Maltafly tizvela x'gara wara l-kwinti...


Click to enlarge

Xtaq €855 miljun ghal seba' snin. Kien anke joqghod b'€680m. Minflok tawh627m - jew89m (Lm37m) fis-sena - u gie qalilna li akkwista €1,128 miljuni! Hafna belghuha li Gonzi gab id-doppju ta' dak li talab, meta fil-fatt gab €53m inqas. Aqraw dwar il-grajja tal-elf  u mija u tmienja u ghoxrin miljuni li qatt ma kienu...

Fondi Ewropej minn butna


Click on image to enlarge


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 

- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA

"Din tal-fondi Ewropej ghal-pipeline tal-gass qed thassibni bil-kbir," sahaq il-Gonz, li issa kien qed ikollu dubji serji dwar l-ghanijiet ta' Sajmint Buzuttin.  "Int tahti li tfajniha fil-programm minghajr hsieb ta' xejn!"

"Tibza' xejnMela ma rajtx kif Gowzef kompla maghna!" tennilu Sajmint, frisk, frisk, qisu xejn m'hu xejn.  "Kull ma nghid jien fuq l-Ewropa jsir benfatt."

Il-Gonz ikkalma. Kien jiggustah wisq meta jharislu qisu l-vavu bewwiel ta' Brussell... mgharuf ghall-buzullotti sottomaneski sopraskullati... mistura u mohbija, izda mikxufa u mgharufa... Benfatt!

"Minn daqshekk Gowzef kompla maghna, veru. €700 miljuni qal se jiswina - €500 miljuni mill-EU u xi €200 miljuni mill-Gvern Malti biex inkunu hrigna l-kwart..."

Pages

Subscribe to Maltafly RSS