Minn Centru Finanzjarju ghal Centru Gbejnatarju

Il-bebbux Malti qatt ma tkessah bhall-bugharwien Ciprijott, izda xorta se jhottulna s-settur finanzjarju li bnejna...

Mimli tilja brim kif kien, il-President tal-Kummissjoni Barroso kien qed jittama li jehilsu kollox fi kwarta.

Kienu se jiddeciedu dwar Malta, u l-President tal-Kunsill Van Rompuy kien sejjah laqgha hekk-straordinarja! ... ...

"Ahna llum tad-daqqa w imxi, hux hekk?" staqsieh Barroso b'wiccu mqarras.

"Irridu nilhqu ftehim. Lil Frau Merkel ga kellimtha," qallu xott, xott Van Rompuy. "U dawk hemm qeghdin, jistennew fis-Sala tal-Fenici..."

Dak il-hin tfacca Marju Draghi, Kapo-Gwardjan tal-Lampik Magiku li mill-arja johloq l-ewro, maghruf mal-bciecen bhala l-Bank Centrali Ewropew

Ma' Draghi waslet Kristijn il-Lagardacca, xieha rapprezent-attrici tal-Ghaqda Bocci Bankiera Globali, li ghas-serfi kien jissejjah Fond Monetarju Internazzjonali.

"Intom decizi?" staqsihom Barroso minghajr bongu.

"Ahna lesti ghal bailout iehor," tarrafflu xott, xott Draghi d-Dragun, hekk kif pogga fuq il-mejda bagalja li kien irregalalu Goldman Sachs meta kien jahdem qrib tieghu.

Ghajnejn Barroso bdew jizzellgu.  Iz-zabregg! Bit-tul gejja llum..., haseb, hekk kif zerzaq tnejn baxx, baxx...

"Izda fl-ahhar mill-ahhar basta jaghmlu kif nghidulhom..." kompliet il-Lagardacca. "Anki Frau Merkel hekk tahseb."

"U mela allura fatta, ghax qas il-klieb ma jobdu daqshom dawn! Ha nsejhilhom, ha...," qata' fil-qosor Barroso, li issa, biz-zokra tmiss ma sidru, bil-kemm seta' jzerzaq ohra minghajr ma jixpakkalu kollox.

"Stennastenna, hi..." dahallu Van Rompuy b'harsa minn fuq in-nuccali.

Kien dak il-hin li wasal Herr Schulz, il-President tal-Parlament Ewropew, eks Kapo tax-Xempejn Sowxjalists u habib kbir tal-Prim Qaddej Malti.

"Dan x'gibtu jaghmel?"

Barroso ma kellu xejn kontra Schulz, izda zgur issa mhux il-hin, barma bhal din!

"Se jiddefendi lil Malta," wiegbu Van Rompuy b'vuci solenni.

"Mela se naghmlu qorti shieha, jew! Mhux ahjar nghidulhom jidhlu u naqtghuha fil-qosor?" 

Barroso issa kien f'xifer il-brim delinkwenti. Li kien ghalieh kien anki jaccetta li Malta tkun ic-centru finanzjarju tad-dinja, basta jiskappa qabel jixpakka.

Martin Schulz gie armat sa snienu. Bi prezz irhis ghal ruh imsarrfa, kien qed jonora l-weghda lil Joseph li kien se jaqbez ghal Malta kull meta jkun il-waqt

"Ewropisti bhalhom ma ssib imkien fl-Ewropa! Qed jigu l-ewwel fil-matrikola tad-Direttivi Ewropej," qallhom Schulz, bil-poza ta' Lenin. "Man-nofs miljun ruh illupjati fuq blata daqs difri!

"Cipru erbghin darba daqs Malta, b'popolazzjoni tghodd biss id-doppju! Izda jridu aktar! Caymans fil-Mediterran... Shab mal-flus tal-ghadu Russu... Lil shabna t-Torok ma jriduhomx fl-Ewropa... Bil-kemm ukoll ma jridux Konstantinopli lura fejn kienet!

"Jien ma nafx haqqhomx ic-Ciprijotti jigu puniti b'dan il-mod. Izda ghiduli, l-ahwaIl-bebbux Malti qatt tkessah bhall-bugharwien Ciprijott?" 

Kienet domanda retorika, izda dlonk qatghalu Draghi: "Kien hemm zmien meta hasbu se jghelbuha lill-Isvizzera, dawn!"

"Taf x'int issemmi! Dak kien fi zmien id-Dupwi, snin qabel ma Dos Santos holom bl-Isvizzera fil-Mediterran, u qabel ma kesksulhom l-Emerikeni... li bellawhielhom li setghu jghidulhom liema flus kienu mahmuga u liema kienu nodfa," sahaq Schulz waqt li hares lejn il-Lagardacca.

"Minn daqshekk veru," ikkonfermatlu. "Kull meta kien ikun hemm qlieh ta' lira tajba, kienu l-ewwel jiehdu l-go ahead mill-Emerikeni... U ma waqfux jobdu sal-lum"

"Mela allura, la jobdu, halluhom ikomplu bil-ghaqal," kompla Schulz. "Wara kollox, il-Lussemburgu se thalluhom, le...?"

"Il-Lussemburgu x'ghandu x'jasqam!" qabez Draghi b'rabja ta' dragun. "Il-Lussemburgu taghna f'taghna, niddeciedu meta jigi l-waqt! Jien hsibt li gejna hawn biex niddiskutu kif se nreddawlhom bailout u nzarmawhom bhal Cipru!" 

"Le, le, le, jahasra," qabez Van Rompuy, "irridu niddeciedu jekk hux se jkun bailout intollerabbli, jew zmantelliment sostenibbli."

"Mela mhux ahjar indahluhom u nghidulhom?" sahaq Barroso bit-tqanzieh tal-wicc, hekk kif irnexxielu jzerzaq tlieta in fila... stunanti, spumanti u ributtanti, semmihom...

"...Pascalao, jahasra ghid lill-Maltin jidhlu issa!"

Is-sala ckejkna kienet saret dahna. Il-foga ingemghet fi shaba metanika, sulferika. Van Rompuy qam jiftah tieqa biex ha nifs qawwi u battal il-pulmun mill-gassijiet tossici.

Draghi u l-Lagardacca kienu nifshom maqtugh. Kienu jafu min. U issa xtaqu jaqtghuha fil-qosor huma wkoll.

"Kif tafu, lil Cipru se nhottulhom is-settur finanzjarju down to size," qaltilhom il-Lagardacca. "U tafu ghaliex, hux hekk?"

"Ghax kienu imqarbin," qallha Joseph, waqt li gholla sebghu.

"Ghax hasbu li fiz-zona ewro setghu jaghmlu bhall-kbar. Hasbu li setghu ikunu l-Lussemburgu fil-Mediterran. U xi gralhom Cipru?"

"Se ggibuhom il-Puerto Rico fil-Mediterran," tarrfilha l-Prim Qaddej Malti.

"Bravu. U x'qaltilhom Frau Merkel lic-Ciprijotti? Qaltilhom: Intom zghar wisq biex tkunu centru finanzjarju u ma jghogobna xejn il-mod kif tahdmu!"

Hawnhekk Dwardu hass li kellu jqajjem punt. 

"Il-banek taghna sodi! Jiddependu biss mill-Maltin. Ahna poplu bil-ghaqal! Stoiku daqs il-baqq!" 

Kien zgur dan l-ifjen mument tul il-karriera qasira ta' Dwardu Xjiekluna.

"Dik mhux ghal banek taghkom qed tghidlek, imbecilli, izda ghall-banek internazzjonali li qed tospitaw f'pajjizkom!"  harqu Draghi, bin-nar hiereg minn halqu

Il-Lagardacca bdiet tidhaq. "Il-banek taghkom ghadhom jahdmu bil-linji gwida ta' zmien Mintoff!" 

Kienet dahqa nervuza. Il-lixka tal-money no problem ma kienux belghuha ghal kollox, dawn.

"Lesti tiggarantixxu bit-taxxi tal-Maltin id-djun tossici ta' dawk il-banek internazzjonali?" staqsiethom il-Lagardacca b'fermezza ta' imperatur Ruman.

Joseph u Dwardu ma lissnux kelma.

Din qed tibblaffjana. Dawk mhux ahna nibbejljawhom... Haseb Joseph f'mument san. Izda kien jaf li ma seta' jahlef fuq xejn... Il-banek kienu kbar wisq biex ifallu. Fl-ahhar mill-ahhar ic-cittadin dejjem jispicca jhallas... u bhall-Islandizi zgur ma setghax jaghmel... dawk ghandhom il-munita u l-helsien...

Beda jxoqq l-gharaq ghalihom. Bdew jimmaginaw tilja bailout-dejn ta' tmintax-il biljun u nofs u fuqhom... Mur fhemu lil poplu! Jimpaljawni b'kukkanja bla xaham!

"Mela fatta!" kkonkluda Barroso, li kien issa qisu tappiera fgata.

"Hekk hu, nistghu nghidu li fthemna," kompliet il-Lagardacca, hekk kif qabdet il-kowt biex titlaq 'il barra.

"Iva stennew, jahasra, ghax dawn l-imsejknin fidili ghadhom ma fhemux..." sahaq Schulz b'wicc imbikkem.

"Ha nfhemkom jien," qabez Barroso, hekk kif resaq lejn il-bieb:

"Ic-centri finanzjarji fiz-zona ewro huma fi Frankfurt u Parigi, waqt li l-Lussemburgu huwa kaz specjali u mhux affari taghkom! Intom u c-Ciprijotti tajbin biss ghall-igbejniet!"

Ma dan, Barroso telaq il-barra gassdawn.

Kien fadal biss Schulz.

"Gietkom tajba," qallhom, waqt li hakk id-daqna. "Ghaddejtilkom kelma u mhux se jaghtukom gambetti."

Joseph u Dwardu harsu lejn xulxin.

"Sakemm tisimghu minnhom, mhux se jkollkom bzonn bailout. Thabblux raskom, kollox se jelenkawlkom... Izda minn issa ghandkom tibdew tiddiversifikaw, l-ahwa

"Il-haddiema tas-settur finanzjarju zgur isibu xoghol Londra, Frankfurt jew Parigi... zommu ftit biex jiddiregulkom il-budget, sadattant, hallikom mill-finanzi u ffukaw fuq l-artiggjanat li fadlilkom. Gbejniet, bizzilla, bebbux, dagha, figolli, fniek, hofor, pastizzi, kappar...

"Xej xej, tafu tmorru tajjeb jekk ikun hawn nuqqas t'ikel," qallhom Schulz bid-dahqa.

"Lanqas l-iGaming?" staqsieh il-Prim Qaddej Malti ittamat.

"Dik ukoll ghad jaqtghulkom iz-zejza. U toqghodx timla sormok wisq dwar il-corporate taxes attraenti. Kull zejza se tinqata, hekk kif nersqu lejn il-perfezzjoni legittimizzata... lejn Unjoni griza bla teba... minn griz-oskura lejn griz-opaka, b'centri ghonja, periferiji ghomja... sanitazzjoni Maltusjana..."

Waqaf hesrem kif intebah li kien waqa' f'monologju mas-saqaf.

Izda dwar Joseph u Dwardu ma kellux ghalfejn jithasseb. It-tnejn kienu fi shaba ta' hsiebijiethom.

Dwardu kien qed ihossu ahjar. Mac-cirkoitu ta' mohhu hsieb wiehed beda jdurlu, hekk kif dahallu go loop kontinwu: Mhux se niffaccja bailout... Mhux se niffaccja bailout... Mhux se niffaccja bailout... 

Il-Prim Qaddej ma kienx il-boghod.

Se jhalluna nkomplu fil-kwiet, basta niddiversifikaw, kien qed jahseb

Wara kollox, ghandhom ragun. La Cipru zghir wisq? Ahseb u ara Malta!

U l-Lussemburgu? Heqq dawk kaz specjali... 

L-Irlanda u l-corporate tax haven? Camawha bil-fazullimenti bankarji li wara gew regalati b'bailout mill-poplu...

What the heck! Flok centru finanzjarju insiru centru tal-gbejniet... insejhulu Centru Gbejnatarju.

Din l-idea lil Joseph kienet ga bdiet tghogbu. Fil-gbejniet zgur hadd ma kien se jlumna.

"U hudu hsieb dak id-dejn, jekk ma tridux bailout misthoqq...," tarrfilhom Schulz hekk kif qallhom caw.

"Tinsewx li ghad fadlilkom x'tiddejnu biex tbattluhom fil-Bir tas-Skieken ghall-bailouts li jmiss..."

...............................

Relatati:
 
.