X'ma qallekx Simon fuq il-bailout


Click on image to enlarge

MALTAFLY | F’Ottubru li ghadda, hekk kif Simon Busuttil beda l-inzul tieghu fil-politika parrokkjali, dan hareg jattakka lill-Labour.

S’hawn kollox sew. Fi triqtu lejn il-poter lokali, il-loghba hekk  trid tintlaghabIzda biex kien hareg Simon Busuttil?

Fl-artiklu tat-Times qalilna li bil-Labour fil-gvern konna se "noqorbu lejn il-Grecja” u li Malta tispicca "thabbat bieb l-Ewropa ghal bailout."

M’hemmx dubju, kliem meqjuz minn apparatchik tal-iprim kwalitaIzda r-realta hi ferm aktar kumplessa minn hekkGhax fil-verita, ir-ragunijiet ghala Malta tista' tkun riesqa lejn bailout jinsabu mhux f'dak li jghid Simon, izda f'dak li ma jghidx.


Nibdew bil-kelma 'bailout', li hija wahda minn dawk l-ewfemizmi li ahna l-Maltin insejhulhom ‘bzar fl-ghajnejn’. L-hekk imsejjah ‘bailout’ huwa mekkanizmu li permezz tieghu pajjiz midjun jiehu aktar dejn b’imghax ‘favorevoli’ sabiex ikun jista' jhallas l-imghax l-antik u spejjes ohra amministrattivi. Fi kliem iehor, tant ikun midjun il-pajjiz li hadd ma jkun irid jixtri l-bonds tieghu (id-dejn) jekk mhux b' imghax ezorbitanti.

Dak li l-media u l-leaders Ewropej isejjhu 'bailout' jew 'ghajnuna' (aid, rescue) m'hu xejn hlief pakkett ta’ dejn u kundzzjonijiet li jkompli jfallik waqt li jnehhilek il-mezzi biex tirkupra.

Id-dejn tal-bailout ikollu rata tal-imghax kemxejn anqas, u ta' dan il-pajjiz ikollu jinza' l-qalziet u joqghod ghas-swat minghajr tama li jirkupra. Mhux biss jibqa’ l-fatt li wara l-bailout il-pajjiz xorta jkollu aktar dejn minn qabel, izda issa jrid joqghod ghad-dittatura tat-triumvirat mgharuf bhala t-Troika: il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Centrali Ewropew (ECB) u l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)... (Ftakkru li bl-istess modus operandi  ta’ dejn u kundizzjonijet il-globalisti tal-IMF u shabhom faqqru lill-pajizi Afrikani u serqulhom id-drittijiet ghar-rizorsi f’pajjizhom biex effettivament irreducuhom f’ilsirakollu tramite mexxejja mixtrija tradituri).

Tat-Troika jiddettaw mizuri ta’ awsterita bis-salvagg. Idendlu d-dejn tal-bailout ftit, ftit bhal karrotta marbuta mal-obbidjenza, waqt li gvernijiet eletti u mhux eletti m’ghandhom l-ebda ghazla ghajr li jobdu – u hallieh jissawwat il-poplu meta jirvella.

Li kieku dan jaghmel il-gid, kieku fiha u ma fihiex. Izda l-affarijiet mhux hekk jahdmu. Mhux b’kumbinazzjoni li kull fejn resqet it-Troika il-krizi inbidlet f’dizastru. Il-Grecja, l-Irlanda, il-Portugal... u anki l-Italja, li b’Mario ’Goldman Sachs’ Monti fil-Gvern kellhom Troika fi bniedem wiehed (il-bailout Taljan jasal daqt, peress li Mario lahaq witta t-triq...).

Izda harsu lejn l-Islanda, fejn ghad ghandhom il-munita taghhom u setghu jiehdu id-decizjoniiet mehtiega: f’sentejn bdiet tirkurpa! L-Islanda ma qabdux flus il-poplu biex jibbejljaw lill-banek barranin falluti. Anzi, tellghu lil prim ministru l-qorti.

Mhux hekk fiz-zona ewro. Mhux ta’ b’xejn il-prim ministru Spanjol Rajoy ilu jkaxkar saqajh ghall-bailout, waqt li l-Unjoni u bank centrali jippressawh: Itlob ghal bailout, ja xadin, u nissikkawulek ahna c-cinturin.

Fil-verita, kull fejn gew applikati l-mizuri tat-Troika, servew ta’ ricetta ghal tkabbir negattiv u spirali lejn socjeta disfunzjonali: ricessjoni, anqas dhul, aktar taxxi, inqas xoghol, aktar qaghad, protesti, u iktar dejn b’imghax dejjem jikber, imhallas dejjem mill-poplu, ghamlu min ghamlu d-dejn (araw dan il-video ricenti ghas-sitwazzjoni fil-Grecja).

Minn naha taghha, l-Unjoni dejjem timbotta biex id-dejn kemm jista’ jkun jinqasam bejn ic-cittadini kollha taz-zona ewro halli fl-ahhar mill-ahhar jiftaqar kulhadd. Fl-imghoddi dan kien jissejjah ’kollettivizmu Sovjetiku’.

Din hija l-verita li Simon bin-nuccali imtappan tal-EU la jara u lanqas irid jara.

Issa la fthemna x’inhu ’bailout’ – u allura nistghu nispelluh ’bejlawt’ – ha naraw x’aktar mhux qed jghidilna dan Xmun li jrid it-tmun biex imexxina.

Nibdew bl-ovvju. Biex pajjiz jaqa’ ghal bejlawt irid l-ewwel ikun midjun sew. Mela hawnhekk naqblu li l-premju ghandu jmur ghand il-PN talli akkumula dejn nazzjonali ta’ iktar minn €5 biljun u li jaqbez is-70% tal-Prodott Gross Domestiku.

”Qishom qed jghidu,” kiteb Xmun dwar tal-Labour, ”li jistghu jissellfu bhallikieku ghada ma jasalx.” Nesa, Simon, li dak hu ezattament li ghamel il-PN hekk kif berbqu l-flus li kien faddal Mintoff.

Tal-labour jistghu ikunu fil-gvern, jghidilna Simon, izda jekk dan jigri ”int se jkollok thallas il-kontijiet”.

Izda l-kontijiet se jkollna nhallsuhom jitla’ min jitla’, Simon, hi. Forsi jekk tigbor dik l-iskorfina mill-art ma nghidx li int mixtri u mibjugh.

Hemm aktar li Simon mhux qed jghidilkom. Ferm aktar. U hawn nersqu lejn il-malintiz, li fih inniffsu gej minn diversi livelli ta’ poter.

L-ewwelnett, ghal dak li jirrigwarda l-ewro, l-ossessjoni tal-Unjoni hi li ssalva ’l dan il-progett monetarju tant fundamentali ghaliha. Dan mhux difficli. Jekk is-Sovjetici kien irnexxielhom izommu liz-zombie rouble hajja ghal iktar minn 70 sena, mela m’hemmx dubju li biex issalva 'l-ewro ma tridx tkun ekonomista ta’ veru.

Fuq dan il-livell, allura, l-importanti hu li tigi salvata l-munita ewro akkost li jiftaqqru n-nazzjonijiet kollha li jinsabu maqfulin fil-habs taz-zona. Dan m’huwiex biss ’prezz’ li jrid jithallas sabiex munita falza tinzamm hajja. Dan huwa wkoll krucjali sabiex il-poter assolut jghaddi f'idejn l-UnjoniGhax ferm iktar facli tahtaf il-poter minn nazzjon midjun u miksur milli minn wiehed ghani u sod. L-Unjoni ma tistax tasal fejn trid tasal jekk in-nazzjonijiet ma jkunux gharkoptejhom, midjunin, miksura... sabiex imbaghad tidhol ghalina hi u toffrilna s-soluzzjonijiet supra-nazzjonali taghha.

B’passi zghar, izda mghagla, l-Unjoni qed tahtaf il-poter assolut fil-qasam monetarju, fiskali, finanzjarju u ekonomiku (u aktar).  U ghallhekk, allura, kellna, fost maniggi ohra, it-Trattat tal-ESM [pdf] (Mekkanizmu Ewropew ghall-Istabilita), maghruf ahjar bhala il-permanent bailout fund, jew ’bir tas-skieken’, bil-Malti.

Niftakru li taht dan it-Trattat, effettiv mis-27 ta’ Settembru 2012, Malta giet ordnata tiggarantixxi  €511,700,000 lejn dan il-fond li ghandu kapital inizjali ta’ €700 biljun, li minnhom jigu mislufa €500 biljun.

Se jasal il-mument - DAQT - meta Spanja se jkollha titlob ghal bejlawt li globalment jista’ jammonta ghal madwar €400 biljun. Dan apparti l-bejlawt bankarju fejn banek falluti Spanjoli mistennija jircievu mas-€37 biljun mill-Bir tas-Skieken tal-ESM. Hekk hu, sewwa fhimtu: mitt miljun minn dawk il-miljuni li ahna l-Maltin se jkollna nissellfu, se jmorru ghall-bejlawt tal-banek Spanjoli, u mhux biss ghad-dejn sovran Spanjol. U peress li l-bejlawt tal-banek Spanjoli mistenni jkun qrib il-€100 biljun, daqshekk hemm provduti ghalihom mill-ESM.

Il-banek il-kbar m’ghandhom l-ebda Troika torbothom. Il-baqra se jahilbuha sa l-ahhar u l-bonuses xorta jibqghu jehduhom. Mhux l-istess ghal banek iz-zghar. Dawk se jithallew jgherqu fil-hama biex jixtruhom il-banek globali.

M’hemmx dubju, bejlawt bhal dak se jzid id-dejn fuq kull pajjiz taz-zona ewro. L-Italja u Franza ftit jifilhu jiddejnu iktar ghal wicc Spanja, biex b’hekk dawn iz-zewg pilastri midjuna jispiccaw jibilghu bejlawt huma wkoll. Mhux ghax kellna bzonn lil Gordon Brown biex jghidilna, f'Gunju li ghadda, li Franza u l-Italja se jkollhom jiehdu bailout, izda dak il-pjanijiet jafhom sew ghax minn ta' gewwa.

Mhux ta’ b’xejn il-kap tal-ECB, Mario ’Goldman Sachs’ Draghi habbar ’Unlimited bond buying’ permezz tal-OMTs. Jekk jibda jixtri l-bonds il-Bank Centrali, se jhallas kull min juza l-ewro u jaqla’ kull min jinvesti fil-fallimenti b’imghaxijiet dejjem garantiti (minnha lkoll).

Dnub Simon Busuttil ma semma xejn dwar dan. Konna forsi nahsbuh jaf x’inhu jghid li kieku qalilna, per ezempju, jekk hux se nixxuttaw nofs biljun ohra minghand il-poplu biex nahluhom f’dejn flok ninvestuhom fil-futur. Jew forsi jghidilna hux se nibdew inbieghu id-dejn lill-ECB tramite s-swieq finanzjarji Ewropej biex b’hekk inkunu midjunin mhux biss ma' hutna l-Maltin (ghonja) izda anki ma’ minn hakimna.

Xmun qalilna li l-weghdiet tal-Labour ma jiswew xejn peress li Malta tinsab fix-xifer.

Li ma qalilniex hu li l-ebda weghda ma tiswa’ – la tal-Labour u lanqas tal-PN – ghax it-tfassil tal-budget diga harbilna minn idejna. U dan meta ghadu qas gie fis-sehh it-trattat fiskali [pdf], li jghaddi l-governanza fiskali u ekonomka mill-gvern ellett ghal ghand kummissjoni mhux eletta u bank centrali mimli segretezza.

L-Unjoni se tassigura li l-istati membri kollha taz-zona ewro jaddottaw mizuri drastici ta’ awsterita, u hawn jidhol it-trattat fiskali, li ghandu jidhol fis-sehh is-sena d-diehla. Dan it-trattat jirrigwarda mhux biss governanza Ewropea, izda kontroll fiskali centralizzat. Fi kliem iehor, filwaqt li nibqghu niddeciedu kif nonfqu flusna f’certi oqsma, se nigu ristretti f’oqsma ohra u se nigu imgieghla nonfqu fejn ma rridux. Ovvjament, m’ahna se niddeciedu xejn dwar kemm nistghu inzommu minn flusna.

Tajjeb li nidrawha sew din il-frazi: Governanza tal-Unjoni.

Tkabbir u xoghol? Hallu f’idejn it-teknokrati fil-Kummissjoni u taraw kif tahdem tajjeb il-Europe2020, kif sejhu l-ahhar pjan ekonomiku ta’ 10 snin. Biss ftakkru li x-xoghol mhux l-istat joholqu. Il-bicca l-kbira tax-xoghol joholquh l-intraprizi z-zghar - mhux il-korporazzjonijiet l-kbar, mhux il-gvern, u zgur mhux xi mostru supra-statali bhall-Unjoni Ewropea.

Ghallhekk, fid-9 ta’ Marzu mhux gvern se neleggu fil-Parlament Malti, izda amministratur tal-beni tal-Unjoni f’Malta, obbidjenti f’kull ma jghidulu, inkella naqilghu il-multi.

Dan hu li se jgieghlna nieklu r-ramel. Mhux il-Labour. U ghallhekk tal-Labour ahjar jisimghu minn Simon meta qalilhom li l-weghdi elettorali ma jiswew xejn. Grazzi lill-PN, ninsabu falluti – f’tarf ix-xifer, nistennew li ssalvana l-Unjoni, meta se tkun appuntu l-Unjoni stess li se timbuttana ghal isfel.

Flok gie jilghab noli parrokjali Simon ahjar qalilna x’jahseb dwar il-fatt li se juzaw il-fondi tal-Bir tas-Skieken ghall-banek falluti, meta dan il-fond kien suppost intiz ghad-dejn sovran. Kien qal xi haga il-gvern ta’ Gonzi meta l-Germanizi, l-Finlandizi u l-Olandizi opponew?  Jew l-gvern Malti dejjem IVA baqa’ jghid?

Fadal hafna minn dak li Simon ma jghidilniex.

Imma ejjew nersqu aktar vicin il-likk u nistaqsu mistoqsija li Simon qatt ma jistaqsi: X’ikkawza il-krizi tad-dejn u min jahti?

Qatt ikkunsidrajtu li waqt li n-nazzjonijiet u l-banek jinsabu f’xifer kollass finanzjarju, flus ghad-dejn dejjem hemm?

Hekk hu, il-banek centrali qatt ma jispiccawlhom il-flus ghax joholqu l-flus mill-arja. Dak hu xogholhom bhala ’lenders of the last resort’, anki jekk fid-dinja reali tal-imghoddi dan jissejjah ‘counterfeiting’. Dawn il-flus li joholqu mix-xejn imbaghad isellfuhom lill-banek biz-0%-0.25% (Federal Reserve Amerikan), biz-0.5% (Bank of England) u biz-0.75% (Bank Centrali Ewropew), biex imbaghad dawn isellfuhom lill-pajjizi falluti bit-3%, bl-4, bil-5, bis-6 u anki bis-7% fil-kaz tat-10-yr bonds, skond ir-rating tal-pajjiz.

Dan is-serq ma setghax isir meta l-flus kienu marbuta mad-deheb [pdf]. L-ebda bank centrali ma seta’ johloq flus kemm irid biex jisraq mis-savings u l-purchasing power tal-poplu, waqt li l-bankiera jistghanaw bi profitti kbar fuq investimenti riskjuzi u bla sens. X'ma jfallux l-banek! Izda dawk imbaghad jiehdu bailout minghajr irbit fuq dahar il-poplu, li jinsab marbut.

Kif jghid tajjeb il-kungressista Amerikan Ron Paul fir-rigward tal-Federal Reserve Bank: Ma setghet qatt kienet idea tajba li grupp zghir sigriet ta’ bankiera jinghata l-poter li johloq flus mix-xejn, kemm irid u f’segretezza kbira.

Il-Bank Centrali Ewropew fuq l-istess kriterji jahdem. Johloq il-flus mill-arja u jdejjinhom lilna. Aktar ma jdejjinna, aktar jistghanew il-bankiera globali, u aktar inhallsu imghax ahna - mhux imghax fuq dejn privat, izda imghax fuq dejn kollettiv talli jipprovdulna l-munita.

Wiehed allura jifhem ghala Mario Draghi ma jhabbilx xagharu mill-konsegwenzi li qed naraw jizvolgu. Il-banek centrali qatt ma jispiccawlhom l-flus. Il-flus lilna biss jispiccaw.  Xoghol Draghi hu li jghaddi n-nies biz-zmien, ghax x’se jigri ilu jaf.

Draghi jaf kif tahdem ‘pyramid scheme’. Jaf li se jkollhom joholqu ferm u ferm aktar buqxiex biex jimlew il-hofor, u l-ebda ricessjoni-diflazzjoni mhi se teghleb l-inflazzjoni ta’ Draghi.

Meta fil-bidu tal-krizi l-ECB ma setghux joholqu flus kemm riedu, il-kartell globali provda (tramite l-Federal Reserve Bank ta' New York) $16-il TRILJUN [pdf*] lill-banek globali, b’nofshom imorru ghand l-ECB f’forma ta’ ‘dollar swaps’ [l-istess pdf, pagna 218]. (Dwar dan, aqraw dan l-artiklu.) Dawn marru kollha fil-banek b’rati baxxi hafna (min jaf kif jahdem il-fractional reserve banking, jaf li l-qliegh fuq self ta’ flus li ma jezistux jigi mmultiplikat b’mod allarmanti, biex imbaghad noqghodu nistaqsu kif jigu l-‘credit bubbles’ - dan il-video jispjega l-istorja mill-bidu sal-ahhar).

Wasal iz-zmen pero meta t-triljuni se jkollu jibda johloqhom l-ECB – u inhallsu ahna, dejjemahna, ic-cittadini tal-Unjon imprigunati fiz-zona ewro (l-Inglizi u l-Amerkani se jkollhom ihallsu ghall-taghhom).

Mela l-krizi tad-dejn hija kkawzata mill-holqien ta’ kwadriljuni ta’ flus li mhux talli mhux suppost jezistu, izda talli qed jezistu biss f’forma ta’ dejn, li fuqu jithallas imghax ta’ veru (ghax ikun msarraf mix-xoghol tal-haddiema). M'hemmx bizzejjed flus biex jithallas l-imghax kollu, allura joholqu aktar flus/dejn.

Hekk qed jipprovaw isolvu l-problema – taparsi – billi joholqu aktar flus (dejn) mix-xejn. U tghiduli, ma jafux x’inhuma jaghmlu? Jafu. Jafu tal-kartell globali li qed jikkommettu l-akbar Ponzi scheme li qatt rat id-dinja.

Izda nergghu nigu ghal mistoqsija inizjali. Min jahti ?

Il-politici li ddejjnu f’isem il-poplu biex xtrawh ghal vot, bhalma ghamel Eddie Fenech ‘Money-No-Probem’ Adami?

Jew il-banek centrali, iggvernati mill-ikbar bankiera globali, li holqu l-kwadriljuni ta’ buqxiex, sejhulhom ‘flus’ u reddawhom lill-politikanti ghatxana tramite l-banek taghhom stess?

Tistennewx lix-Xmun jilluminakom. Xmun qieghed hemm biex jaqdi lill-Unjoni ghall-gwaddan politiku tieghu. Ghallhekk jissejjah apparatchik.

Pajjizna jinsab fix-xifer. U l-apparatchik tal-Unjoni gie fostna biex jaghtina buttatura.