Tarf il-Bidu tal-Bondiloo

 


Picture: Those were the days - Bondiloo and Deffney too (c. 1594)  

ATT I: Decizjoni Ferm Emottiva

Il-futur kien fuq mohh il-Bondiloo lejl u nhar. Id-difna issa kienet waslet u s-sinjali kien qed jarahom kullimkien, anki fil-mera: miktubin fuq mohhu bil-maqlub - GonziRIPN.
 
"Daqshekk tkessaht!" qal bejnu u bejn ruhu, waqt li prova jimsah mohhu.
 
"Iz-zejza ma hlibthiex bizzejjed meta kelli c-cans!" kompla jhewden

"Issa hemm bzonn li nghidlu strejt," haseb, hekk kif ippoza fil-mera u b'lehen zorr qallu

 

"Ismani, Gonz. U isma sew x'sejjer inghidlek: Int writni m'ghand Fenech Adamitek. L-istatus quo jien tajjeb zammejtulek. Minn kull ghadu dlonk iddifendejtek.  U mill-koxxa dejjem qdejtek..."
 
"X'koxxa?" staqsietu Rushelle, imhassba, hekk kif dahlet inkiss-inkiss b'sorpriza troppo ecitanti mohbija wara darha.
 
Il-Bondì inhasad. "Ummi, honeyney, x'qata tajtni!"
 
Rushelle ma kelmitux. Il-Bondì deher ghajjien, miksur u miflug, tellief u mitluf, agitat, ecitat, ikkalpestat...


"Hemm x'ghandek f'idek?" staqsa b'nofs hegga u nofs mohh.
 
"Xej," qaltlu xott-xott Rushelle, waqt li dbandlet lagenba biex hbiet il-manetti u c-cineg fil-baskett.
 
Sakemm daret biex tara x'kien gralu, il-Bondì kien ga fi triqtu lejn Kastilja.
 
Hekk hu! Kastilja! Kien se jghidlu strejt. F'wiccu! U ried jinqeda minnufih!


ATT II: Out-of-Bondì Experience

Il-kafe kien kesahlu. Ghajnejh wehlu ma' bozza safra tat-triq riflessa minn go kuccarina. In-nuccali kien imtappan. Xahru ma kienx aktar spikey. L-irxiex tal-bahar kien dewwiblu l-gel.
 
"...Loo! Loo! Helloooo?!"
 
"Qed nahseb dwar il-futur, Deff," wiegeb il-Bondiloo hosbien.
 

"Oh - My - God! Please don't tell me you dragged me all the way to this god forsaken bankina so you can cry all over my...
 
"Why, Deff, why?!  Meshu t-tarag ta' Kastilja bija. Kaxkruni l-barra qisni kelb mishut, Deff! Din hi l-grazzi talli single-handedly dahhalt lil Malta fl-Ewropa?!"
 

"I told you. Forget Gonzi. Wait it out sakemm jitla' Simon. Go to Brussels. He'll still be there, anyway... shopping around... Marelli, what fun we had last year... sibna this old bizzilla shop... maaaa, how nice... And shuddenly this idea flashed... for my Flaste magazine... I was thrilled. You see, this great-grand-aunt of mine...
 
Il-Bondiloo ma felahx jisma' aktar. Hassu mheddel u msammar, b'ritmu dafnesk imtambar... b'ghajnejh miftuha berah, izda zliega, iharsu fissi lefn Deffney, li stghagbet mhux ftit bl-interess li beda juri - halqu miftuh, iccassat... le, anzi, iffokat!
 
Il-Bondì ma tharrikx. Hass gismu jibbies, jibbies, sakemm ma hass xejn aktar. Hassu qed johlom, izda mohhu kien qed jirrejsja fast. Canadian fast!
 
F'daqqa wahda hassu jifflowtja fl-arja... zewg metri... hamsa... ghaxra... Seta' jara l-imwejjed ma' genb it-triq. Forteskortarmat niezel gassdawn. Vara tal-Arriva tiela bit-tqanzieh, issaffar bic-Ciniz. Aktar 'il barra, il-bajja tal-Balluta f'dalma muvimentata. U tahtu, Deffney ttaqtaq qisha jackhammer... izda s-skiet kien itarrax... u bil-qieghda faccata ta' Deffney, kien hemm hu, Bondiloo, kollu kemm hu... bil-kafe quddiemu - kesahlu...
 
Dak il-hin instema' lehen jghidlu: "Trid soluzzjoni, hux tassew, Gigi?"
 
Kien lehen xwejjah. Il-Bondì eteriku hares madwaru izda ma ra 'l hadd. Hadd qatt ma kien sejjahlu 'Gigi' hlief il-buznanna fil-holm...
 
"Le, Gig, m'inhix il-buznanna," qallu l-lehen donnu qralu mohhu. "Gibtlek is-soluzjoni. Izda ftakar: jien ma ddecidejt xejn ghalik. Dan li qed noffrilek hu biss dak li trid int."

Il-Bondì hass bhal daqqa ta' balla f'nofs sidru u hassu jingibed lura f'gismu b'tisbita. Quddiemu rega' sab lil Deffney, tredden.

"So? What do you think? A Jackie-shtyle magazine for the WOW generation with lots of..."
 
Waqfet hesrem ghax indunat li l-Bondì kien qisu ghadu jasal minn dinja ohra.
 
"Oh please, you're not day-dreaming again! You tosher! Who's the tart this time?" Staqsietu Deffney b'dahqa insidjuza, impetjuza, pjetuza, mistifikamente invidjuza... Kif jghaddi z-zmien! Minn helu manna ghal helu jinganna...  Storja twila ormaj... tarax! 
 

ATT III: Soluzzjoni Xejn Fastidjuza

 
Kienet raqda profonda. Raqad mat-teddy bear li kien kaxkar mieghu mill-Kanada s-seklu l'ghadda. Ehh! Storja twil'ohra dak it-teddy bear...
 
Il-Bondì ma setax ma jahsibx dwar l-esperjenza enigmatika tal-gurnata ta' qabel... il-lehen fantazmiku... il-balla f'sidru... Izda x'kienet is-soluzjoni?
 
L-esperjenza damdmitu, izda kien iddisprat: is-soluzjoni kull ma ried.
 
"O spirito di mente," il-Bondì sab ruhu jghid b'lehen okkultesk, hekk kif gholla jdejh lejn is-saqaf: 
 
"O demone nella mia anima! Ghidli x'inhi s-soluzjoni. Ghidli issa!"
 
Dak il-hin cempillu l-mobile. Kien Joseph. Xtaq ikelmu, qallu... Le, le, xtaqu jasal wasla sal-ufficcju tieghu il-Majlend... 
 
Vili! Dan min jahseb li hu! Issa mmurlu l-My Land!
 
"...kif, kif? Eeee, stedina kordjali? X'tip ta' proposta? Uuuuu... Ha ha ha... Veru? Heqq, la qed tghidli li tinsab tant herqan...! U mela! Hekk hu... Wara kollox, il-fondi Ewropej ghallhekk qeghdin... ho ho ho, veru, veru... kollox barra l'interessi fuq id-dejn nazzjonali... Ijja, ijja... barra li se jkollna niddejnu aktar ghal gol-Bir tas-Skieken... ijja, hekk nahseb jien ukoll... U x'Simon, Simon! Issemmihulix.... Dak imbaghad la narak nghidlek... Hekk hu... ho, ho, ho... Grazzi, Joseph, u prosit tal-partit... A piu tardi, mela. Bacio le mani..."
 
Ghall-ewwel darba f'hafna snin il-Bondiloo hass tinbet f'qalbu imhabba gdida.
 
'Kollox se jkun mahfur,' haseb, hekk kif fetah il-frigg b'kilba kbira ghall-bejken.
 

'Kif aktar toqrob il-burraxka, se jkun aktar in demand ir-ross bil-labra,'  kompla  jahseb waqt li tefa' l-bejken jinqela' f'zejtu.

 
'U silla x'nitmaghhom ghandi bir-rimi...' tbissem il-Bondì waqt li l-bejken battal ghal go zaqqu, accertat issa li butu ma kienx se jkun imbattal. 
 
'Id-diska tal-Ewropa, bhal munita, ghandha zewgt ucuh. Nista naqlibha kif u meta rrid. U sakemm nibqa' ndoqq l-istess diska, l-ebda Arguzin ma jehodli l-lixka...'