Minn Wara l-Kwinti: Il-Prim fi Brussell



• 
Kif dahal ghall-Laqgha Gholja tal-Kunsill fi Brussell, f'mohh il-Prim il-gdid Malti kien hemm biss hsieb wiehed. Kien se jsib lil President Herman Van Rompuy f'mument kwiet qabel ipoggu madwar il-Mejda t-Tonda tal-Kunsill. U kien se jiehu cans.

Ma damx ma kellu l-ewwel sorpriza, hekk kif skopra illi l-Prim Malti jpogguh biswit il-Prim Ingliz. Dan kien privilegg rizervat ghalina. Joseph minn dan kien cert... ...

Dak il-hin lemah lil Cameron diehel. Gera lejh biex jintroduci ruhu, u tistghu tobsru kif inhasad malli Cameron hatfu qabel seta' jlissen kelma, waqt li hadlu b'idu:
 
"Int il-Prim il-gdid Malti!"
 
"Kif taf?!" staqsieh Joseph b'wiccu jixghel.
 
"Bsart," tennilu Cameron, bhallikieku b'sens mistiku gharaf l-ispirtu Malti bla ma seta' jikkuntrasta bejn Belti u Burmarradi.
 
X'qallu Joseph dak il-hin lanqas Cameron ma jaf. Hsiebu kien band'ohra. Kellu krucjata kontra s-Sirja. Il-Francizi biss kienu lesti jarmaw lir-ribelli tirruristi Islamici kontra s-sekularisti tar-regim Sirjan. L-ohrajn qablu fuq embargo tal-armi, ghax l-Arap Sprink kellu armi dehlin sufficjentement.
 
Lil Joseph kien se jkollu cans isir jafu waqt il-Laqgha. Mal-Gonz kellu relazzjoni tajba. Tant kien imrawwem tajjeb il-Gonz, li kull meta kellhom bzonn il-vot Malti ta' sikwit kien jispicca f'butu. Gie li kien jinkihom ftit, izda kien bahbuh bil-bosta l-Gonz, miskin, kien.
 
"Narak later, Joey," qataghlu bi tbissima, waqt li ghemzu u telaq ghal xi tahdidiet fil-kuriduri dwar il-gwerra qaddisa kontra s-sekularisti Gharab.
 
M'ghaddiex wisq hin qabel ma l-gwida ta' Dar Malta lemhet lil Angela Merkel ghaddejja sparata b'xi karti f'idha, u gibditha lejn Joseph ghal laqgha storika ta' 16-il sekonda. Mhux wisq hin, veru, izda f'dawk is-sittax-il sekonda l-Prim Malti rnexxielu jissigilla r-rabtiet bejn iz-zewg pajjizi.
 
"... u nassigurak li kollox jinsab mahfur... qas biss qatt stennejna li xi darba tergghu tibnulna t-Teatru Rjal li kontu hattejtulna!" 
 
"Xi hlew fik," qaltlu, "...u x'int imbaccac, ukoll!"
 
"Mhux talli hekk," sostna Joseph herqan. "Izda gibna mustaccun Taljan biex jibnihulna mill-gdid. Swielna bagatella! Imma hallihulna kwazi talekwali biex ma ninsewkom qatt."
 
"Xi hlew!" regghet tennietlu, hekk kif taptpitlu tnejn fuq spalltu u zgiccatlu fin, fin.
 
Merkel kienet tippreferi lill-Gonz. Tghidx kemm kienet fahhritu qabel l-elezzjoni. Fil-familja Konservattiva tad-Demokratici Kristjani kienu jaqdu lill-xulxin daqs fil-familja Socjalista tad-Demokratici Socjali. Izda fl-ahhar mill-ahhar kienet familja wahda tal-politikanti Ewropisti u kienet certa li ghad tidrah lil dan ukoll.
 
Ghal mument istantanju l-Prim Malti sab ruhu wahdu ma' hsibijietu.
 
Izda wahdu qatt ma kien.
 
"Aw xifajk. Xi tkaxkira tajtu lil dak il-hmar taqablek!"
 
José Manuel Durão Barroso kien donnu tfacca mill-ajru. Il-Kunsill kien tieghu daqs kemm kienet il-Kummissjoni. Bil-kemm ma tahsbux l-imperatur tal-post.
 
"X'minnek, ja sidi Barros! Tiftakarni MEP lili, hux?"
 
"U tghid ma niftakrekx?!" tennilu Barroso bid-dahqa, hekk kif dar fuq l-eqreb proxmu u qallu: "Taf x'nittien fih dan, hux!"
 
"Ghala qed issejjahli nittien?" staqsieh Joseph b'idu miftuha. "Taf li issa ghandi Segretarju Parlamentari biex isus wara l-fondi, hux? Daqshekk fottejtuna!"
 
Joseph kien determinat. Ma konniex se nohorgu centezmu zejjed mill-501 miljun ewro f'kontribuzzjonijiet lejn il-budget Ewropew li innegozzja l-Gonz fi Frar.
 
"... u se napplikaw ghal sal-anqas centezmu minn dak il-biljun li weghdtuna. Did-draba mhu se nhallulkom xejn ghall-Growth Pact*!"
 
Barroso inhasad. Kien dara bil-gwejjef tan-Nghidu Iva u qatt ma stenna li l-boy ta' Martin Schulz se jkun daqshekk ardit u nazzjonalist
 
"Ismani x'ser nghidlek, gbin," wissieh Barroso waqt li ppuntalu sebghu. "Ara ma tipprovax iddahhaq, ghax mhux talli ma napprovalkom l-ebda budget siewi, izda ngieghlkom tieklu r-ramel u thallsu l-multi wkoll!"
 
Joseph infixel. 
 
Kieku Mintoff x'kien jaghmel? haseb, hekk kif baxxa rasu u lemah il-kuzakk ta' Barroso miftuh... 
 
Izda le, ta... ...
 
Le, le, le... mhux hekk gara. Dak kien xenarju ta' x'seta'  sehh. 
 
Ghal Prim Qaddej Malti, Barroso kien it-tielet alla fit-triumvirat Ewropew li jfornina bir-rieda hanina tal-allat foloz imdawlin. 
 
Kif kien qallhom fil-Parlament Ewropew gurnata qabel waqt il-konferenza stampa ma' Martin Schulz**, il-gvern tieghu huwa wiehed Ewropista u qatt ma kien se jiddubita l-pjanijiet msawwra ghalina mill-imdawlin.
 
Il-hin biex tibda' l-laqgha formali kien riesaq gmielu. Kellu bzonn isib lil Van Rompuy wahdu...
 
U hemm kien! Sedut f'postu, kwiet, kwiet, qisu gurdien tal-imramma jghodd il-frieh, bhal hrief fil-hrejjef tal-Harifa.
 
Il-Prim Qaddej Malti resaq lejh bil-qima, nizel fuq irkoptejh, u qallu:
 
"Ja sidi. Il-bierah waqt il-laqgha kordjali ta' bejnietna ma kellix cans inkellmek..."
 
Van Rompuy qatghalu bi tbissima: "Il-Gonz kien ihobb jaqrali l-hajku. Int thobbu l-hajku, Joseph?"
 
"Daz-zgur! U ghandi hajku ghalik!" qallu Joseph ferm ecitat. "Ara gejja:
 
"Il-Gonz nizel jiftahar,
ghad li ma kellux ghalfejn.
Jien ukoll irrid niftahar,
izda zgur li mhux ta' xejn.
 
"Il-lami x'hajku helwa dik!" qallu Van Rompuy b'ghajnejh imberqin. "Imma dik aktar qisha ghanja sajfija. Ha nirrispondik spirtu pront. Din jisimha Ghanja Xitwija:
 
"Qeghdin hawn biex bil-magija
noholqu x-xoghol u it-tkabbir
bit-taxxi tal-imjassrin,
bl-issikar tac-cinturin,
bl-imghax jizdied tal-midjunin."
 
What the heck! It was worth the try, haseb Joseph bl-Ingliz, hekk kif kien sar il-hin biex tibda' l-laqgha formali u kellu jiehu postu hdejn Cameron.
 
Tkellmu l-kbarat Van Rompuy u Barroso. Regghu spjegawlhom kif kollox se jkun sew taht it-tmexxija tal-imperu... li ma kellhomx bzonn lil Norman Lowell jghidilhom kif...
 
Permezz tal-Youth Guarantee kienu se jiggarantixxu impjieg ghaz zghazagh kollha, hekk kif din torbot mal-pjan tal-Growth Pact: Pjan li jwettaq il-pjan tal-10 snin tal-Juripp2020. Pjan ifjen minn dak Sovjetiku. Pjan li se jaghmel dak kollu li kien spjega Van Rompuy lil Joseph fl-Ghanja Xitwija.
 
Kien hemm qbil iehor fuq diversi aspetti. Il-Francizi u t-Taljani kienu se jithallew jillaxkaw ftit mir-regoli Ewropej tal-budget u Joseph ma mgherihomx. 
 
Why not? L-Ewropa taghna lkoll!
 
Issemmiet ukoll il-gwerra kontra l-karbonju li jmantni lid-dinja vegetali. Joseph kellu Segretarju Parlamentari biex jikkumbatti l-karbonju qerriedi. Bagatella ohra taxxi... fuq il-karbonju, ghar-renewable energy... ghal kull ewro niehdu centezmu lura, ghal kull impjieg gdid nitilfu erba'... ...
 
"Dan qisu l-programm Laburista," tenna Joseph, hekk kif dar fuq Cameron ghal prosit. 
 
Joseph kien ilu li gharaf kif apparatchik ghandu jfassal manifest Ewropew. Ghaldaqstant, ma mgherihom f'xejn u malli spicca l-ispettaklu haseb dwar kemm kienet facli l-affari kollha.
 
Hadt pjacir, ta... esperjenza, ifhem...
 
L-Unjoni kienet se tkompli fl-istess direzzjoni. Ghax konna sejrin ferm tajjeb. Kull ma kien fadal hu li nghaddu l-ahhar ftit poteri biex l-Unjoni tkun tista' tigvernana ahjar.
 
U bhala membri herqana, bil-kemm kellna ghalfejn nahsbu. Ifasslulna l-pjanijiet, jitimghuna r-ross bil-labra u jisquna l-loppju fin, biex meta naqilghu fuq rasna nahsbuhom qed imelsuna, u waqt li jghoddsuna taht l-ilma nirringrazzjawhom ghax li ma kienx ghalihom konna nibilghu salt arja u nistordu... zgur mhux forsi, ghax kienu qalulna.
......................................
.