La flus tal-karti u lanqas tad-deheb

FLY NEWS | INTERVISTA ESKLUSSIVA MAL-QADDEJ MINISTERILI MALTI TAL-FINANZI EWROPEJ

FLY: Grazzi talli gejt fostna, Tunnu...

Tunnu Fenek: Tonjo... jisimni Tonjo Fenek.

FLY: Sewwa, Tonno, xtaqna l-ewwel nett nistaqsuk x'toqghod taghmel waqt il-laqghat taz-zona ewro.

Tunnu: Jien qabel xejn, Fly, xtaqt insostni li ma qlajt l-ebda rigali ta' flus mit-tixhim fix-xiri taz-zejt li tela' f'wicc l-ilma...

FLY: Mhux ahjar nitkellmu dwar il-biljuni flok l-eluf?

Tunnu: L-arlogg ma jiswa xejn. Ghamlituli ammiratrici talli wettaqt dmirijieti fil-qadi tal-karriera tieghi.

FLY: Qed nirreferu ghad-dejn kollettiv taz-zona ewro, Tunn. Il-gurnalisti qatt ma giegheluk tidhol fid-dettall dwar il-miljuni kbar f'garanziji li qed nigu mitluba naghmlu. Int taqbel mal-proposti tal-Kummissjoni biex issa nibdew nibbejljaw anki l-banek falluti Ewropej?

Tunnu: Il-gvern taghna dejjem ottempra ruhu tajjeb biex ma jahsbuniex xi ewroxettici minn ta' wara l-muntanji.

FLY: Prosit, Tunn. U la jaqbel lilek jaqbel lil kulhadd... Tista' almenu tghidilna x'diehel fis-sehh din is-sena? Veru li se jibdew ifasslulna l-budget u ghajb ghalina jekk ma nobdux?

Tunnu: Le, le, le. Mentri llum il-budgets nazzjonali jridu jigu approvati mill-Unjoni, mis-sena d-diehla se jintroducu l-multi, that's all!

FLY: Imma x'se jaghmlu ezattament?

Tunnu: Ovvjament, peress li se jdahhlu l-multi, ghandu jkun hemm skrutinju iktar intiz. Ghallhekk se jkollna gwidi u parametri cari biex infasslu l-budget b'ghaqal Ewropew.

FLY: U min ma jlahhaqx mal-imghax ihallas il-multi?

Tunnu: Id-deficit u d-dejn jghoddu, mhux l-imghax... L-imghax irid jithallas dejjem!

FLY: Ghax ma titlobx lil Peppi tax-Xarabank jew lill-Bondiloo biex igibuk tispjega lill-Maltin x'innegozjajt dwar it-trattat fiskali, u forsi tghidlna xi haga dwar it-trattat tal-bir tas-skieken (ESM) u l-European Banking Union ukoll...

Tunnu: Ghidtilkom li l-arlogg tal-karti kien...? Mela! Tpingija fuq karta kienet, qed nghidlek.

FLY: Tpingija?

Tunnu: Fuq karti hoxnin... kartun iebesqisu injam... ma rmejtux ghax kien itir mar-rih u jispicca fuq l-irjus.

Tunnu Konilju - The early days

FLY: Dwar il-bailouts tal-banek falluti Ewropej bi flusna, x'kienet il-posizzjoni tieghek la darba l-banek taghna ma jihtegux bailout?

Tunnu: Jekk jghiduli li l-banek falluti ta' Spanja ghandhom bzonn bailout... Why not? Ahna se nsellfuhom lill-gvern Spanjol biex jislifhom lill-banek.

FLY: Izda d-differenza bejn l-imghax li inhallsu biex nissellfuhom u l-imghax li jhallsu l-Ispanjoli, hija inqas mir-rata tal-inflazzjoni. Dan ifisser li se nitilfu zgur, fit-tul u fil-qosor, le?

Tunnu: Fil-qosor, flissjoni kelli, iva, imma ghaddieli, grazzi. Jien nghid li Muscat ghandu jirrezenja talli l-blokka bajda ma kienetx silg!

FLY: L-ahhar domanda, Tunn. Illum nafu li hafna pajjizi qed jixtru kwantità kbira ta' deheb biex jilqghu ghal crash-landing tal-flus tal-karti tal-monopolju. L-ahhar li ccekkjajna Malta kien fadlilha mizerja ta' €6 miljuni f'deheb. Xtrajtu xi haga kif ghad hemm ic-cans, jew bghettuh ukoll?

Tunnu: Qed nghidlek, xejn rigali ta' flus, la tad-deheb u lanqas tal-karti. Issa jekk l-arlogg kienx indurat b'deheb taveru ma nafx, hej!

FLY: Grazzi, Tunnu, insellimlek u nawguralek fejqan ta' malajr.

 
.