Komplotti wara x-Xarabank


L-Ufficcju tal-Prim Qaddej Malti

La Kastigja della Valletta

Kien cert issa l-Gonz li cans jirkupra ma kellux.  Kien jaf li fid-dibattitu mal-Ginger ha xkanatura li halliet id-dehra ta' wiccu imzellga mal-art tax-Xarabank bhal skidmarks ta' tajer qadim.

"L-Awtorita tax-Xandir tahti," lissen minn taht l-ilsien, waqt li qalleb fil-Yellow Pages.

"Ma nafx, Lor," tennilu Sajmint Buzuttin, li kien issa hadha drawwa jghaddi sal-Ufficcju tal-Prim Qaddej ghal kafe.
 
"Peppi gie mrazzan, Sajm. L-Awtorita ma hallitux ifixklu. Qas biss halliet lill-marmalja ttaffili l-izbalji bic-capcip."

"Kif dejjem ghidtlek, Lor, Joseph jaf kif jinqeda' bin-nies."
 
"Nies kapaci bhalma gibt int?" hatfu l-Gonz b'sarkazmu jaqta' l-blat: Fejn huma n-nies li ghidt se ggib?!
 
Sajmint fehem. Izda l-ghan ta' wildu kien li jbiegh is-silla Ewropea lill-poplu Malti. U ghad li kulhadd kien ghadu lluppjatzmienu kien daqt rega' wasal... Xtaq li kieku ftit taz-zmien Kapo fl-oppozizzjoni minghajr l-indhil tal-Gonz... kellu jlesti ghaz-zmien li gej, meta z-zona ewro tilhaq Stat federali tal-imjassrin... dan isehh fi zmien il-gvern li jmiss... X'dilemma, jahasra... haseb, waqt li giddem difirtu.
 
"Ma tghid xejn?" staqsieh il-Gonz donnu kien qed jaqralu mohhu.
 
"L-unika triq li nara hi li tkompli tbezzaghom bil-Labour," tarraflu Sajmint, fin, fin.
 
"Jien hekk nahseb ukoll," tbissem il-Gonz, hekk kif bela' l-lixka bis-sunnara u l-qasba b'kollox. "U gietni feles! Ghax filwaqt li Joseph qaghad ipacpac dwar il-gejjieni, jien fl-ajru sparajtulu, u l-passat warrani tieghi fahhart bla qies u ghamla."
 
Il-Gonz kien ga qed ihossu ahjar. Kien wettaq tant gid! Il-pajjizi kollha qed jgherqu u tieghu ghadu jferfer! Merkel stess kienet qaltlu: Minn zewgt it-tfal tal-bambin, Cipru kien l-imqareb u lilu se jsawtu l-arguzini!
 
"Nahseb fhemu n-nies li ahjar jafdaw f'par idejn anzjani, milli jissugraw f'tifel tal-imramma."
 
Sajmint taparsi qabel mieghu. Bejn tifel mghaggel u xih skadut, naf min se jirbah, haseb, waqt li hass li kellu jirritah ftit.
 
"Id-dejn, Lor. Id-dejn dejjem zdied u donnok ma tistax tahrab minnu...," sab ruhu jghidlu.
 
Il-Gonz dar lejh daqs li kieku qala hasla minn slopp tal-prigunieri.

"Kullhadd hekk ghamel, Sajm!" qallu. "Flus ghad-dejn bir-rimi, qatt ma naqsu! Izda jien ic-cinturin issikkajtulhom qabel ma setghu jigu l-arguzini tat-Troika jsalbuna."
 
Sajmint kompla fejn halla, bhallikieku kien qed jithaddet wahdu:  "Ghax meta tqis li bl-imghax li qed inhallsu mit-taxxi tal-poplu nistghu nibnu mina bejn Malta u Ghawdex kull sena..."
 
Il-Gonz hassu urtat. Kien jaf li kull ma rnexxielu jaghmel kien li jiddejjen bizzejjed biex ilahhaq mad-deficit u mal-imghax dejjem jizdied. Kien ghamel bicca xoghol tajba, pero, u ghallhekk Merkel fahhritu: kien qed izomm l-ilsir Malti fuq silla fina ferm, tant li bis-sahha tat-turisti li jigu jzuruna seta' jkompli jhallas il-mina fis-sena f'imghax... anzi, Mater Dejn fis-sena.... f'imghax!
 
"Ma stajtx ghamilt bhal-Cipru?!" sahaq il-Gonz, imbikkem. 
 
Kienet l-istess domanda retorika li tefa' lejn il-Ginger fuq ix-Xarabank.
 
"Cipru gew jaqghu u jqumu mill-Unjoni," kompla l-Gonz b'rabja ta' barri. "Cipru qaghdu jilghabuha tal-indipendenti. Qaghdu jitkesshu bl-investimenti offshore Russi, m'obdewx id-Direttivi tal-Unjoni! Sakemm ftit, ftit qed ikollhom jobduhom xorta wahda, u l-kastelli li bnew qed ikollhom ihottuhom..."
 
Il-Gonz kwazi hariglu d-dmugh. Ic-Cipprijotti kienu hutna fil-Mediterran.
 
"U issa li gibdulhom it-tapit minn taht saqajhom, se jcappsulhom wicchom fil-hama qabel ma jgieghluhom jittalbu ghall-medicina qattiela tal-bejlawt u jkesksulhom it-Troika li ggeghlhom jieklu r-ramel."
 
Il-Prim Qaddej Malti hassu miskin, imma kburi. Kburi li kien zgicca lejn l-offshore gambling flok qaghad jilghaba tal-Caymans fil-Mediterran. 
 
Iz-zejza tal-offshore gambling ghad jaqtghuhielna daqt, haseb, hekk kif kompla jqalleb fil-Yellow Pages.  U nobdu se jkollna... ghax Puerto Rico fil-Mediterran igibuna!
 
Il-Gonz kien ilu jhossu klastrofobiku fil-konfront tal-Unjoni. Iktar minn 75% tal-ligijiet li jghaddu mill-parlament Malti gejjin mill-Unjoni. Spejjes, burokrazija, zvinar shieh!
 
Kien xaba'! Xaba' jhallas multi minn fuq dar il-poplu lejn il-budget Ewropew. Xaba' jobdi d-direttivi li qed jizvinawna minghajr ma nobsru. Xaba' jiffirma trattati li jbieghu is-sovranita miskina li fadlilha Malta! Xaba' jitmejjel bin-nies dwar il-fondi Ewropej - li jidhlu minn naha bl-irbit u x-xinxilli, u johorgu mill-ohra bla qrid u bla frilli. 
 
"Haqqhom ic-Cipprijotti. Dak li jigrilu min jipprova jistghana bla ma jgharaf min johloqlu flusu!" ziedlu Sajmint bi tbissima interna li kull apparatchik Ewropew jitghallem bla ma hadd jghallmu.
 
"Min ghandu s-seta' johloq il-flus, ghandu s-seta' johloq il-jasar," qallu l-Gonz, hekk kif ftakar x'kien skopra waqt wiehed mis-summits fi Brussell.
 
"Izda tinsiex x'qallek il-Ginger dwar il-kullass ta' Cipru...," tarraflu Sajmint bi tbissima.
 
"GHAX SPLODIELHOM IT-TANK TAL-GASS!" 
 
Flimkien qaluha! 
 
U flimkien dahqu fuq li dahqu. Dahq nervuz, fastidjuz, malizjuz... Izda dahq misthoqq, ghax ghad li l-Ginger hareg bhal stilla minn go vazett tal-gamm, dik kienet zelqa piroteknika fuq zewg binarji kolossali.
 
Matul il-hin kollu, il-Gonz kien ghadu qed iqalleb fil-Yellow Pages.
 
"Tista' tghidli x'int tfittex hemm?" staqsieh Sajmint, b'kurzita ta' bugharwien.
 
"Mela hsibtha xi gimmick, jew, meta ghidt li dawk mill-Yellow Pages qed jahdmu? Qed infittex il-kuntatt ta' Joseph, Sajm. Qed inpoggi ruhi f'zarbuntu... Ara dawn, Gaslight Enterprises jisimhom. Ara x'jghidu hawn: For all sorts of islanders' gas projects. Unlimited investment on offer. Almost too good for you to be true!   Dan hu! Zgur l-ostra, dan hu!"
 
Il-Gonz cempillu minnufih. "Hello, it's Joseph of Malta, the Labour Leader... of the big gas project..."
 
Il-Gonz hares lejn Sajmint u ehmzu. "Mar isejjah lill-imghallem," qallu minn taht l-ilsien, sajdwejz. 
 
"Hello? The managing director? It's Joseph... Ah-ha! And how do you know Joseph, then, e...?!" 
 
Il-Gonz tefa' thumbs-up lejn Sajmint. Sibnieh!
 
"...Your friend, you say, eh...? Ha ha... okay, wrong number, mela, hi."
 
Kif qata', il-Gonz rega cempel: "Hello. Ghid lil Bulculuvier jigi l-hawn issa!"
 
Sajmint baqa' skantat. Hassu inkwetat. Kien ilu ma jara l-ispirtu tal-Gonz hekk intiz.
 
"Lesti ruhek ghal bicca sabutagg minn ta' zmieni fl-Azzjoni Kattolka, Sajm." 
 
Qam minn postu. Irranga l-qalziet u l-glekk. Resaq lejn it-tieqa. Fetahha u hareg ghonqu. Harsitu nfexxet mal-firxa tal-pajjiz. Il-pulmuni mela b'arja pura Maltija. Kien jaf x'ghandu jaghmel.
 
I am the GonzBack Kid, kien qed jahseb kif wasal Bulculuvier, kurjuz, hosbien, ittamat, bezghan...
 
Il-Gonz dar lejh, ghanqu tghanniqa mafjuza, u tah bewsa sovjetika fuq ix-xoffa.
 
"Paolo, Paolo, ja qarib tieghi fl-istorja ta' pajjizna... taf sew int li Gonzi u Bulculuvier kienu hadmu id f'id, hux tassew..."
 
U hekk kif allura z-zewg kollaboraturi intilfu jikkomplottaw biex lill-gvern isalvaw, Sajmint kutu-kutu zgicca 'l-barra bhal qattus intiz ghall-kacca.
 
Il-Kapo-in-waiting kellu komplotti ohra fuq hiex ihabbel mohhu...
 
...jirtira jkollu l-Gonz jekk jirbah il-Ginger... li b'tisbita se jkollu jaqa' fil-hin opportun... biex Prim Qaddej nilhaq, u jsaltan fuq Malta l-gid bla tarf mill-jasar perpetwu tal-hakem hanin Ewropew!