It-Tunnu jizloq fil-Gass


CLICK ON IMAGE TO ENLARGE (doesn't work with IE)


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 

- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA

 It-Tunnu Fenek hassu mifxul, miksur, mibluh u mishut.

Mhux talli Konrad the Man witta triq ferm iktar imdawla, nadifa u orhos minn tieghu, izda ghamel gimgha jimsah l-art bih sa ma kixiflu sormu u capcaplu daqtejn ta' sieq biex irmieh f'qieh fossa li minnha mhu se johrog qatt.

"Hekk hu, irgiel, se jkolli nammetti li t-Tunnu fjaska, meta jien l-ewwel wiehed kont nahlef bih," qallhom il-Gonz, waqt li haffer f'widintu b-difru z-zghir. Qed jinqasamli, ja hasra... se jkolli naqtghu...

"Jien naqbel mal-Kapo, kollegi," lissen Ostjingatt is-City Smart, waqt li zebbeg ghajnu l-leminija lejn it-Tunnu, ormaj rasu baxxuta.

X'wahda ghan-nejk waqajt fuq Xarabank, kien qed jahseb it-Tunnu. Ma missnix ippanikkjajt... missni hallejt f'idejn Norminn Vella hu Sangru l-eks maskot tal-MaltaFly...

"Konrad the Man hargek ta' mazetta iktar milli harguni tal-Arriva Pjuttardi," kompla Ostjingatt. "Dawk reddawli cekk ma jissarrafx, l-ahwa! U ma nistax nirrappurthom!"

"Missek tisthi," zied jghid Beppino bin Adam il-Fenek, hekk kif hares fiss lejn it-Tunnu. "Spiccajt titlef il-lewza li dort maghhaImnalla kont jien li taffejt il-hsara biex ergajna rbahna l-poll fazull tax-Xarabank." 

"Isma, ma rridx inkun pastaz, Beppino," tarraflu Ostjingatt is-City, "imma lanqas int ma tant brillajt bil-kliem vojt tieghek. Ma tghidx kellek thabbatha ma' The Man, ghax lil Marilena kellek, tipprova tirrispondi domandi teknici li Norminn - u mhux biss ghax kabocca - nesa jistaqsi lil Man..."
 
"Irrid l-ideat, irgiel, ideat kontra Konrad the Man," qallhom il-Gonz, ferm urtat li l-partit tal-Kbir Eddie kien spicca kazin tal-bocci bla bocci mmexxi mill-kabocci
 
"Jekk Konrad the Man qal se jiffranka €187 miljuni fl-energija, mela GonziPN ghandu jiffranka mitejn," sahaq il-Gonz, denbu issa taht muntanja nkwiet.
 
"Jekk qed jghid se jkollna arja iktar nadifa, taghna ghandha tkun tfewwah." 
 
"Naf kif!" qomos it-Tunnu, waqt li gholla sebghu.
 
"Int hu hsieb il-finanzi fid-dejn," hatfu l-Gonz bit-tisbit tal-idejn.
 
It-Tunnu nhasad. Kien veru l-arja jaf ifewwah. Kien anke jaf x'jaghmlu fil-Bord taz-Zona Ewro, fejn dejjem qaghad kwiet, jisma'... u kien se jibqa' jghid IVA kull meta jordnaw lil Malta tissellef iktar ghal gol-Bir tas-Skieken li jsalva l-ewro minn mewta naturali... billi jdejnu lill-pajjizi falluti u l-banek taghhom, mahlubin mill-profitti b'kull riskju li seta' jinhaleb.
 
Jien Ministru tal-Finanzi Sodi, sab ruhu jahseb. Jien fid-dejn u l-jasar biss nifhem... xejn f'investimenti u gass... mhux bhal Brigulju l-Alternattiv - ara dak, socjologu li jifhem fil-gass! Qalha hu stess u hadd ma dahaq bih!
 
Kien dak il-waqt li Gorg Pulcinellino fetah halqu biex jitkellem, izda dlonk ic-cikkulata f'idu lahqet waslet qabel lissen kelma.
 
Gietu tajba. Ma kienx il-waqt jiftah halqu jekk mhux ghal zaqqu. Ghax Gorg Pulcinellino jiehu hsieb mhux biss l-art fertili Maltija li tforni lil Maltin kollha b'ikel bnin Malti... Gorg Pulcinellino jiehu hsieb ukoll ir-rizorsi tal-pajjiz, bhal, per ezempju, l-energija...
 
Jew forsi le...  Peress li l-energija ta' Pulcinellino ixxaqleb lejn il-homegrown, bhall-gass naturali - xejn impurtat, l-ebda investiment, ghajr ftit fazola u zobli-beans.  
 
Bis-sahha tieghi Malta ghad tkun awto-sufficjenti fl-ikel u fl-energijahaseb, b'riflessjoni fuq hidmietu f'dal-qasam.
 
Kemm hi tajba medinna dic-cikkulata tal-WaistSerf. Irrid nara nnizzilx kuntejner shieh... 
 
Kienet tassew sfortuna kbira ghall-poplu Malti li Pulcinellino ma jghaddix minn pipeline tal-gass, ghax kulhadd vizjoni wahda kellu: 
 
The Man vs The Pulcinellino kienet tkun bicca teatrin surreali xierqa ghal kampanja idjokratika bhal din.
 

Madankollu, l-erre ta' Pulcinellino habtet sew mal-erre  ta' DJ Leo, u Pulcinellino prefera jitkellem dwar Leo u l-Lejber milli fuq il-heavy fuel, li kien is-suggett maghzul.

U meta DJ Leo irregalalu vazett bil-heavy fuel, irringrazzjah bil-kbir, gholla l-vazett u qallu: Dan huwa z-zejt li jidhol fil-magni taghna, mhux li johrog, u l-magni l'ghandna jisparixxuh fl-ajru biex idub fil-pulmuni qisu xej m'hu xej... (ritratt).

Izda lura ghall-kwartieri pietuzi, fejn mas-sekondi jtektku lehen il-Gonz beda jisfuma mir-radar tal-mexxeja idjokratici Maltinbiex fl-ahhar osfor fi krexxendo ta' tpacpic, ghajjat, dahq sfrenat u storbju burdellizzat.
 
"Ojjj! Mela l-Officjo tal-Prim Qaddej Malti hsibtuh kazin tal-hamiem?
 
"Ara qisu x'ghidtilkom, irgiel, ghax jekk nghoddsu did-darba allajaf kif u meta nirkupraw," qallhom il-Gonz, li gharaf il-mument biex ixolji l-farsament.
 
"Issa morru. U niltaqghu hames t-ijiem ohra," qalilhom.  "Sa dakinhar tridu tkunu hsibtu ghaxar slogans kull wiehed."
 
Il-Gonz waqaf hesrem u kerrah wiccu. Tant tkerrah kulhadd stennieh jisfronda fih innifsu u jisparixxi bhat-tlett torrijiet tan-najnillevin.
 
"Irrid slogans tajbin, l-ahwa...," rega' tenna l-Gonz, mifxul u qalbu maqtugha.
 
"Bl-islogans nibnu futur fis-sod... bil-mod il-mod... bla fuss, bil-gass mal-hass jinhass u c-cinturin jintrass..."