It-Tieni Repubblika lejn l-Aqwa fl-Ewropa

Lil Alla dejjem tlabnieh jaghti d-dehen lil min jahkimna. U hekk iridna nkomplu naghmlu.

MILL-ARKIVJI TA' PIETRU KRAPATKUN 

• In-nazzjon kien issa lest. Kien se jwaqqaf it-Tieni Repubblika u l-Aqwa fl-Ewropa kien se jkun!

Din ma kienetx semplici rinaxxita. Kienet anzi naxxita sintetika fejn is-sugu Mintoffjan jiddewweb mal-vizjoni ta' Eddie biex jissawwar wild gdid fl-istorja tad-dinja - l'Ewropew Malti... ...

Tul mijiet ta' snin tghallimna fl-ispirtu tal-hakma fl-universita tal-hajja, u bl-istilel gradwajna, tant li swat ftit li xejn qlajna, ghajr mill-ghadu ta' min hakimnali konna ormaj tant drajna.

Tul mijiet ta' snin gharafna l-ispag quddiem ghajnejna biex l-ebda hbula ma hassbuna, tant li 'l Alla dejjem tlabna biex id-dehen jaghti lil min jahkimna. U biex tassew jismaghnamill-innu talba shieha ghamilna... u hekk minn dejjem kien, ghad li trid tgharaf din l-Unjoni xi gwadann fl-ispirtu ghamlet meta taht il-mant rett taghha b'hena offrejna li naqdu dmirna lejha.

L-Aqwa fl-Ewropa ser tassew inkunu, ghax ahna biss fl-Ewropa nafu nghozzu, nqimu, nobdu u nservuwaqt li ngharfu postna minghajr wisq hsieb, hekk kif nottempraw mal-hbula mhabbla bla m'ghandna ghalfejn nistaqsu dwar x'fattakifghala.

Wasal ghallhekk zmien it-Tieni Repubblika, frott erbghin sena bil-hbula f'idejna, fejn bil-munita taghna harisnahloqna, emminnasawwarna, hekk kif in-nazzjon tela' fuq il-podju dinji u qallhom, Jien Hawn Ukoll!

U bil-Malti thaddet mac-Cinizi, bl-Gharbi fassal ir-rabtiet mal-Inglizi, waqt li l-bandiera bajda w hamra bl-Ingliz tajjar u bit-Taljan minn dejjem baqa' jsajjar.

U ghallhekk it-Tieni Repubblika b'Kostituzzjoni gdida fjamanta, imsawra minn Konvenzjoni Kostituzzjonali bi tmexxija Frankodebonali, se tkun Repubblika lesta, intiza, lejn l-ghola gieh li jista' nazzjon jilhaq fi hdan dan pajjizna l-gdid b'500 miljun ruh, immexxi mill-ifjen imhuh li Alla seta' qatt holoq... fejn ahna lkoll nistghu maghhom naqsmu fil-hakma taghna federalmentfedelment minghajr il-bzonn li nlissnu kelma, ghajr 'Iva'.

Ghax Malta taghna lkoll u tal-Ewropa wkoll.

.