Il-Maltafly Tqum mis-Siesta

Dawk minnkom li ghalqu t-80 sena zgur tiftakru fl-ewwel verzjoni tal-Maltafly li tfaccat fl-2002. Kien zmien meta l-Youtube ma kienx jezisti, l-internet kien slow mejjet u l-ispazju Malti kien qisu c-cimiterju tat-Torok.

Tant kien hawn ghatx li fi ftit xhur il-Maltafly spiccat qabzet lis-sit tat-Tajmz of Gahan fl-Alexa Rankings. Dak iz-zmien, l-Independerrr online kienet qisha fuljett ta' kazin tal-banda u l-Gahan Today kienet tigi updejtjata kull meta jqumlu Salvu Balzan...

Kien zmien ta' kampanja bejn tal-IVA u tal-LE. Minn dak iz-zmien l-hawn, ghadda r-referendum, inhtafna fl-Unjoni, irrinunzjajna 'l-Lira Maltija, iccelebrajna l'addozzjoni tal-ewro, iffirmajna kostituzzjoni Ewropea f'forma ta' Trattat ta' Lisbona, issottomettejna l-budget ghas-sorveljanza Ewropea, qbizna l-€5 biljun ewro dejn, iffirmajna ghall-Bir tas-Skieken lejn dejn perpetwu (ESM), iffirmajna ghat-trattat fiskali li se jehdilna l-ahhar tracci ta' sovranita fiskali li fadlilna... u tul dan iz-zmien kollu zammejna lil PN fil-gvern.

Issa wasalna mal-bieb federali taz-zona l-falluta ewro... u tal-PL baqghu ma qalulna xejn minn mindu ntefghu jieklu l-kirxa ma' tal-Unjoni...

Tal-IVA ma waqfux jghidu Iva, u tal-LE baqghu jghidu Le... izda lil Gonzi. Min ried jitghallem tghallem, min ried jibqa gifa baqa' jerda l-loppju.

Taht il-loppju tajjeb, ghax meta tmiss il-qiegh tahsbek tlajt is-sema, u meta jisraqlek flusek tghidlu grazzi very much ghax tahsbu qed inewwillek.

Taht il-loppju ma tistax tkun ahjar. Is-silla tintiehem cikkulata, tibla' r-ross minghar ma l-labra thoss, u l-bzar tant fin sormok jahraqulek qabel f'ghajnek thossu.

Ghaldaqstant, wara li fl-2008 l-Maltafly kienet hadet siesta sewwa sew ftit qabel ma feggghet il-krizi, qed tirritorna illum it-12.12.2012 sewwa sew kif qed tintemm din l-ewwel fazi tal-farsa.

Taqtghux qalbkom. Kif jghid Eddie: is-sewwa jirbah zgur - basta ma tkunx taf x'inhu jigri.

Pietru u l-Mug
Tal-Maltafly