Hadd m`hu ghar-rimi!


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA

- LOKALITA: CENTRU NAZZJONALI, MY LAND

Il-Ginger hassu kuntent wisq bieh innifsu.

Mintoff zgur kien ikun kburi bija, haseb, hekk kif dawwar l-istering biex jiskapula qattus iswed li qasamlu t-triq.

Li toqtol tliet ghasafar b'gebla wahda, tajjeb, imma qattus iswed b'Alfa grizoskura, le. Issa li kien riesaq lejn l-ghan ahhari tieghu zgur ma riedx xi qattus iswed jgharraqlu l-pjanijiet fid-dalma tal-lejl.

Tefa' s-CD Anima di Iago d'Otello li kien irregalalu Anglu f'wahda mill-iskappaturi li kienu jaghmlu fi Sqallija, u saq gazdawn lejn il-My Land.


Kif wasal sab lil Missier Xandru jistennieh barra.

"Missek stennejtni gewwa, Lou," qallu l-Ginger.


"Hassejt li ghandi nilqak barra, Lijder," lissen Missier Xandru, jterter bil-bard.

Il-Ginger tbissem. Dak rispett! Jekk nohroglu idi zgur ibusieli...

"In-nies donnhom qed jindunaw li din kienet manuvra," tarraflu Missier Xandru kif waslu quddiem l-ufficju tal-Lijder.

"Lanqas xejn," wiegbu xott-xott, hekk kif lemhitu waqghet fuq id-daqna ta' Missier Xandru: Dik se jkollu jqaxxarha, zgur mhux forsi... issa nghid lill-assistenta tieghu... hehe... Mixell tisma' minni zgur...

"In-nies jafu li l-ebda politikant m'ghandu jmaqdar membri tal-Gudikatura waqt il-qadi ta' dmirijiethom, anki jekk ikun hemm konflitt ta' interess politiku u l-gudizzju taghhom ixaqleb lejn naha jew ohra," iddikjaralu l-Ginger biex jghalaq is-suggett.

"...ma tghidx kien hemm xi reazzjoni fuq il-kumment ta' Anglu, ghajr rapport fit-Tajmz," kompla Missier Xandru. "Missna defissna erba' ittri fil-gazzetti nghajtu Skandlu! Skandlu! Skandlu!"

Il-Ginger sab postu wara l-iskrivanija u hares fiss lejn Missier Xandru.

"Jien nemmen fil-minimalizmu, Lou. Jekk tista' tqaccat ras b'temprin, tuzax sega."

"Veru, veru. Wara kollox, jifhmuha kif iridu," wiegeb Missier Xandru, li ma riedx wisq biex jikkonvinci ruhu.

"Il-partit irridu ngibuh kopja tal-PN. Irridu nitkellmu bhalhom. Nilbsu bhalhom. Nagixxu bhalhom... Id-differenzi bejnietna ghandhom ikunu biss fit-trivjal ineffettiv..."

"Pass wara pass, Lijder, u naslu zgur," qallu Missier Xandru.

"Jien qed nimxi fuq il-pariri ta' Deffney, Lou. Dik taf kif ghandhom jimxu l-affarijiet," kompla l-Ginger, li kien cert se jaqla marki tajbin minghandha talli helisha mill-Anglu li tant thobb tobghod.

"Ghar-replay tad-dibattitu ta' Xarabank nohorgok ta' nies zgur, Lijder," qallu Missier Xandru. "Jien u Simon mhux biss hbieb kbar, izda nitkellmu l-istess lingwagg, ghajr meta nilghabu noli fil-Parlament Ewropew."

"Il-loghba tal-Ahmar u l-Blu int u Simon tafuha sew, Lou. Anglu ma jafx jilghab noli. Haseb li l-affarijiet ghadhom bhal dari," tenna l-Ginger, waqt li dahal fl-internet biex jara x'qalu dawk il-qatta pxat tal-Maltafly.

"Wara kollox," zied Missier Xandru, "kif trid tispjegalu lin-nazzjon li m'ghandniex poteri ghajr biex nibdlu xi bozza tat-triq - u anki dik trid tkun approvata..."

Fl-ufficju tal-Ginger waqghet il-hemda. Missier Xandru kien herqan ferm biex isib postu Malta, biex jilhaq Vici Prim tal-pajjiz...

"Issa min imiss, wara li ntajru lil Toni?" sema' ruhu jistaqsi.

"Eeee, kif ghidt int, Lou: Pass wara pass. L-ewwel naraw kif se nehilsu minn Toni halli Edwed Xjiekluna jkun jista' jaqsam il-poter maghna."

Il-Ginger waqaf hesrem u tbissem. Kien jaf kif se jehles minn Toni. Jekk il-bambin irid, anki hawn kien se jikkuntentaha lil Deffney tal-Bidnija.

"Kemm se nkunu sbieh, Lijder, it-tlieta li ahna! Tiftakar meta tlajna Brussell l-ewwel darba kemm dhaqna bihom?"

"Ho ho ho, ijja. Se nkunu Triumvirat tal-genn, Lou. Nibdew nissejjhu t-Troika ta' Malta. Nibdew naghmlu laqghat ma' hutna s-Socjalisti Ewropej, nixorbu x-xampanja u niggieldu ghal jeddijiet tal-haddiem billi nghaddu aktar poteri lil dawk li ghamluna nies!" qallu l-Ginger, waqt li qam u ha l-poza ta' Napuljun biex lissen l-ahhar kliem gharef ta' dakinhar:

"Sa ma tasal fostna t-Troika tal-Mewt biex teqridna, Malta tkun ga qed titmexxa minn Troika Maltija."

 

 

Google keywords: joseph muscat, anglu farrugia, edward scicluna, louis grech, toni abela, daphne caruana galizia, simon busuttil, lawrence gonzi,