Buzuttin: Id-domandi ta` Peppi salbuni


FLY NEWS | Wara d-Dibattitu: Intervista Esklussiva ma' Sajmint Buzuttin, Vici Kapo Penne Cordon Bleu, Apparatchik, EUSSR

FUQ FOMM kulhadd illum kien id-dibattitu storiku fuq ix-Xarabank bejn iz-zewg Vici Kapjiet u ghallhekk FLY NEWS qed jaghmel kollegament qasir ma' Vici Kap minnhom.

FLY: Vici Kap Sajmint, ghadek kif wasalt mid-dibattitu mal-Vici Kap Anglu. Kif qed ihossok?

Sajmint: Ezawrit, Fly. Imnalla kien ripetizzjoni tar-replay. Imma d-domandi ta' Peppi salbuni...


FLY: Possibbli? Ahna nafuk bhala 'Smooth-talkin, Snake-oil Salesman-Simon'.

Sajmint: Veru li naf nizgicca mid-domandi, u veru li mal-lewza qatt ma ddejjaqt indur. Izda jien nghid Peppi ghandu ghalija.

FLY: Pjuttost il-kontra, Sajmint. Mela insejt kemm ghajru giddieb lill-Vici Anglu dakinhar li Rude Amajra gabitielu shuna fl-inewsroom tat-TVM?

Sajmint: Ha nghidlek kemm ghandu ghalija Peppi: Xtaqt naghmel dibattitu ma' Dibono, ma hallinix. Qaghad jistaqsini x'naghmel bil-fondi tal-Parlament Ewropew bhallikieku mmaniggajt xi maniggi. Beda jistadni fuq il-bailout ta' Malta daqs li kieku l-EU se tkun il-kagun...

FLY: Imma stenna, ta...

Sajmint: Ha nkomplilek... Ridt immur naghmel pipi, qalli ma tistax ghax hemm Ostingatt qed jahleb l-Arriva... Tlabtu mug Horlicks bhalma taghmilli l-mummy, gabli tazza kafe toghma ta' mizza...

FLY: Ijja Sajmint, sincerament issa, x'tahseb mid-disfatta li se tiehdu fl-elezzjoni?

[NOTA EDITORJALI: Dak il-hin tbaxxa d-dawl ghal nofs sekonda u Simon hass il-vojt ta' go fieh jimtela' b'tahwid kbir. It-talent tal-kelma b'ohra beda jixxortjalu.]

Sajmint: Jien nghid ahjar jitla' l-Labour halli meta jgieghluna niehdu bailout ikunu huma li jerdghuh - inwahhlu fihom, u naghmlu 20 sena ohra fil-gvern inpappuha.

FLY: Imma kulhadd jaf li l-PN ghamlu d-dejn.

Sajmint: Hdejn min?

FLY: Id-dejn!

Sajmint: Idejn sodi, iva! Par idejn li jifilhu jittaqbu fil-vina b'kemm dejn ireddawlna minghajr ma nizvinaw...

FLY: Hekk ahjar, donnu marritlek il-biza, kompli...

Sajmint: Malta dahlet garanti ghal mill-anqas nofs biljun ewro biex indejnuhom lill-pajjizi l-aktar midjunin taz-zona ewro. Dak li nohorgu ghal bailouts ahna wkoll se jkollna niddejnuhom.

FLY:  Tajba, b'hekk kull pajjiz jispicca aktar midjun, le?

Sajmint: Hekk hu! U aktar pajjizi jispiccaw bil-bailout...

FLY: Biex it-Troika tkun tista' ggibna lkoll nieklu r-ramel?

Sajmint: Biex nipprovdu l-poteri lill-Unjoni Ewropea li tippremjana bil-governanza ghaqlija taghha.

FLY: Prosit, Sajmint, fik apparatchik tal-ifjen kwalita. Nisperaw ma ndumux ma narawk Prim Sindku.

Sajmint: Hames snin ohra, Fly. U jekk il-bambin irid anki inqas. Grazzi.