Mintoff u Eddie f'Joseph Wiehed

 Kif qed tarawqlibna ghal struttura ohra - wahda li iktar tixbah lill-Maltafly tal-2002... inqas moderna, veru, izda inqas soffokanti u aktar kreattiva.

Ghandna hafna x'nibnu u x'nesperimentaw - diversi tipi ta' satira, animazzjoni, intervisti, u anki rivista digitali...

Dan hu zmien tal-esperimentazzjoni. Zmien ta' bnazzi relattiv waqt krizi finanzjarja prolongata. U hekk kif toqrob lejna t-tempesta taz-zona ewro, din ahna ga ilna nhossuha minghajr ma l-hafna jobsru.

Qatt daqs waqt din il-hemda helwa ma kien daqshekk illupjat il-Malti, imbexxex issa bl-aktar kampanja elettorali falza li qat rat Malta.

Elezzjoni tal-pulizija - bhal vavi tal-iskola li jirrikorru ghand is-surmast fil-glied ta' bejniethom. Elezzjoni biex jittella mhux prim ministru ta' repubblika indipendenti, izda prim sindku ta' provincja Ewropea...

U bil-provi!

Ma hallewx nofs kelma tghaddi tul il-kampanja. Izda hadd ma giddeb lill-Gonzi meta gie jbellghalna r-ross bil-labra dwar kemm mar tajjeb fit-tahditiet tal-budget Ewropew.

Hadd ma staqsa kif filli ma kienx kuntent b'€680m nettifilli kellu jikkuntenta b'627m, biex wara gie jkanta vittorja li "gab" 1128m, minghajr ma naqqas il-501m f'kontribuzzjonijiet diretti tal-Maltin.

Ma tarax li l-muviment ta' Joseph mhux se jikkwalifika l-verita dwar il-fondi Ewropej.

Ma tarax li dan il-muviment mhux se jikkorregi tbazwir bhal tal-Malta Independent, li rrapportat li Gonzi "gab id-doppju tas-€680 li offrewlu"!

Ma tarax li mhux se jgiddeb lil dik in-nofs xidja tal-Bidnija meta tiftahar li Gonzi gab id-doppju u tal-PL ma jafu jaghmlu xejn!

Ma tarax li Joseph mhux se jispjega kif barra l-kontribuzzjonijiet diretti hemm il-kofinanzjament Malti li jiehu minghand kulhadd minghajr ma jigwadannja minnu kulhadd l-istess!

Ma tarax mhux se jistaqsi jekk dan il-kofinazjament hux se jibqa' bir-rata ta' 75:25 bhala Objective One, li m'ghadniex, mhux billi hallewna bl-istess rata ta' kontribuzzjoni diretta!

Ma tarax li mhux se jitlob rendikont ta' xi hrigna u x'filfatt dahhalna mill-ahhar budget Ewropew u kif se nispiccawh fl-ahhar tal-2013!

Inkella jahsbu li l-muviment ta' Malta Taghna Lkoll  rema' l-loppju Ewropew u qaleb ghall-loppju Santjan tal-Partnerxipp Rebah: Ivvota Le, hassar il-vot, jew aghmel bhali, tivvutax... U nirbhu zgur!

Forsi l-muviment ta' Joseph ried jghid Malta Taghna Wkoll.

Mhux taghkom biss!

Izda l-kelma 'Lkoll' tfisser nazzjon u din tevoka l-ghajta ta' Mintoff, filwaqt li Malta taghna, veru. Kienet. Ghax m'ghadhiex. Mhux bhal qabel.

Tistennewx lill-muviment gdid fjamant ta' Joseph, imsejjes fuq passat Malti veru, jinforma lill-poplu x'qieghed jigri minn din l-Ewropa li xxerrdilna flusna lura bhall-manna biex min jiflah jahtaf l-aktar igawdi l-ahjar.

Tistennewx domandi dwar kemm qed tiswina l-burokrazija imposta fuqna, kemm-il ligi Ewropea qed nghaddu mill-kunsill Malti li baqa' jissejjah 'Parlament'.

Tistennewx lill-dan il-muviment isus wara l-ghanijiet veri tal-Unjoni. Dan m'ghadhomx jaghmluh ghax inbieghu mis-silla ta' Simon Busuttil, xorbu mill-lopju tal-PN u nhasslu bix-xampanja Ewropea.

X'jifdal inkella mid-dikotomija ta' Mintoff u Eddie f'Joseph wiehed? Tisfuma bhal holma f'ghodwa sajfija.

Qed nintalab ninghaqad ma' dan il-muviment gdid bl-ghajtiet ta' Malta Taghna Lkoll u l-Aqwa fl-Ewropa!  Izda ahna li ghexna u niftakru z-zmien meta nofs Malta emmnet li ahna nazzjon ma nintrebhux b'erba' kelmiet vojta f'battalja falza dwar il-bajda ta' Lilliput.

L-Ewropa Taghna Lkoll, donnu jrid jghidilna Joseph. Izda filwaqt li l-Ewropa hi ta' min jikkmandaha, Malta m'ghadha taghna xejn.

Nippreferi lil tal-Ajkla. Dak almenu gharaf li 'l-Ewropa gabuna skjavi... Li sar jghodd biss dak li jghidu l-Ewropa' 

Tal-Ajkla kellu hafna nies fil-mass meeting tas-Sibt... kollha dahqana, brijjuzi, ferhana, li malli waslu d-dar bassu basstejn u qalu: Kemm hadna pjacir il-meeting tal-Ajkla! 

Dnub miskin qed jahseb li madwaru qed jigbor muviment gdid fjamant.
 

Comments

Joseph's message

For me, this isn't just a slogan.  I genuinely believe in a Malta for all of us.  A Malta where everyone has an opportunity to contribute to our shared economic growth, not just those with the right connections.  A Malta where when we pull together, we ALL benefit, not just a lucky few.  A genuine Malta Tagħna Lkoll..

Every day, when I speak to people during this campaign, they tell me they don’t want to be divided into 'tribes' and cliques. They’re ready for a new type of government that doesn't rely on gimmicks and give-aways, but simply delivers what it promises.  You will notice that our spending plans are actually quite a bit less than GonziPN's; this is because I have insisted that we only spend what we can afford.

Our team has worked hard to put together concrete proposals that will deliver responsible economic growth.  Plans like:

New tax credits for small businesses and entrepreneurs;

Lower energy costs, helping businesses be more competitive and putting more money in people's pockets

Support for working families, such as free child care, financial help for home-buyers and targeted tax-cuts.

You will notice that these aren't grand giveaways; our priorities are the simple things that can make your life easier.  I'd rather promise less, and get it done.  We know that as a new government which rewards those who work hard and play by the rules, we can make a real difference.  Will you join us and help make our case to your friends and family?

Thank you for all that you are doing, 

Joseph Muscat 

 

P.S.  On 9 March we have a chance to revitalise our country, so let’s keep positive about the new Malta that’s possible and unite for change.