
• Ma rridx nispicca b'pistola ma' rasi bhal ministru Ciprijott... Izda l-akbar biza' tieghi hu li jiddeciedu li ahna jmiss ghal bailout u nehel jien bla htija... se naghmel minn kollox biex inkunu obbidjenti, li ma naccettawx flus tal-ghadu, biex forsi jhalluna nghixu! jghid Dwardu Xjiekluna, il-Ministru Malti Ghall-Finanzjamenti Ewropej u Djun Pubblici u Bankarji.
FLY: Dward, nibda' biex nawguralek f'isem il-kru kollu tan-newsroom tal-Maltafly, u ridt l-ewwel nistaqsik dwar dak li ktibt wara l-ewwel laqgha tieghek tal-Eurogroup. Tidher li staghgibt bl-imgieba tal-kbarat taghna.
DX: Iva, iva, ma rrid qatt inkun flok il-ministru Ciprijott. Ghadek ma tafx kif hassrulu demmu miskin! Trattawh ta' majjal lest ghall-qatla! Biex idejnuhom 10 biljun ewro iriduhom l-ewwel isibu kwazi 6 biljuni minn x'imkien - u qed igieghluhom biex barra li jbieghu id-deheb u l-assi nazzjonali, jiehdu mid-depositi bankarji wkoll...